'Ħallu l-Università bi kwieta' - Żgħażagħ tal-PN kontra t-tnaqqis tal-fondi għall-Università

Iż-żgħażagħ saħqu li 'għall-ħela' u 't-tberbiq' tal-Gvern ma għandhomx iħallsu ż-żgħażagħ

L-MŻPN u TeamStart ilbieraħ filgħaxija wasslu messaġġ lill-Gvern biex ma jmissx l-investiment li qed isir fiż-żgħażagħ, bil-messaġġ: "Leave our University alone."

Iż-żgħażagħ poġġew dawn il-kartelluni b'dan il-messaġġ mal-faċċati ta' Kastilja, tal-Ministeru tal-Finanzi u anke tal-Universitá biex jappellaw lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Ministru għall-Finanzi biex imorru lura minn din id-deċiżjoni.

Fi stqarrija huma qalu li "għall-ħela u t-tberbiq tagħhom m'għandhomx iħallsu ż-żgħażagħ."

Iż-żgħażagħ temmew jisħqu "li l-ftit investiment li qed isir fiż-żgħażagħ" ma għandux jintmiss.

Kienu diversi dawk l-għaqdiet u l-entitajiet li ħarġu fil-beraħ kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jnaqqas il-baġit allokat għall-Università.

Aqra wkoll:

More in Politika