'Lill-għażiża ommi ngħidilha grazzi' - Ir-Re Karlu III fl-ewwel indirizz tiegħu

Ir-Re Karlu III jagħmel l-ewwel diskors tiegħu, l-għada li mietet ir-Reġina Eliżabetta II

Ir-Re Karlu III
Ir-Re Karlu III

"Lill-għażiża ommi, li telqet fl-aħħar vjaġġ sabiex tiltaqa' mal-papa, ngħidilha grazzi!" Hekk beda jagħlaq l-ewwel indirizz tiegħu bħala Re, ir-Re Karlu III li għadu kif ħa t-tron tar-Renju Unit f'idejh hekk kif ilbieraħ ħalliet din d-dinja r-Reġina Eliżabetta II. Hija kienet l-aktar persuna li damet fuq it-tron, ftit iktar minn 70 sena, fil-fatt kien f'Ġunju li għadda illi r-Reġina għalqet dan l-anniversarju. 

Fl-indirizz tiegħu, r-Re Karlu III fakakar f'dak li kienet qalet ommu fl-1947 f'Cape Town - l-Afrika ta' Isfel - meta qalet illi se tagħti ħajjitha għas-servizz tal-poplu. "Kienet iktar minn wegħda, kienet xi ħaġa li kkareterizzat l-ħajja kollha tagħha, fi żmien ta' bidla u progress, fi żmien ta' ferħ u ċelebrazzjoni u fi żmien ta' dwejjaq u telf." 

Huwa qal illi meta ommu ħadet it-tron is-soċjetà kienet għadha qed issofri mill-effetti ta' gwerra u kellha ħsibijiet differenti minn dawk tas-soċjetà tal-lum, li jfakkar illi saret waħda ta' ħafna kulturi differenti u bosta twemmin differenti wkoll. "Imma n-nazzjon tagħna sar aktar sinjur u ffjorixxa u l-valuri tagħna baqgħu, kif għandhom jibqgħu," qal ir-Re Karlu III li issa huwa wkoll il-Kap tal-Knisja tar-Renju Unit. 

Huwa semma liż-żewġ uliedu, William u Harry filwaqt li rringrazzja lill-poplu tal-kondoljanzi u l-appoġġ li rċieva hu, flimkien mal-familja rjali. 

Matul il-jum tal-lum u għall-jiem li ġejjin ir-Renju Unit se jkun f'luttu, sakemm fil-ġranet li ġejjin jsir il-funeral tal-aktar monarka Ingliża li damet fuq it-tron u li kienet ukoll ir-Reġina ta' Malta, sal-1974 meta Malta saret Repubblika. 

 

More in Politika