Aktar kmien illum, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Ian Borg attenda għall-funeral statali tal-eks Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe f'Tokyo, il-Ġappun, f'isem il-Gvern Malti. Huwa kien bosta dinjitarji li attendew għall-funeral.
Borg offra l-kondoljanzi lill-Prim Ministru Fumio Kishida u lill-Ministru tal-Affarjiet Barranin Yoshimasa Hayashi, kif ukoll lil mart Abe, Akie Abe.
L-eks Prim Ministru u s-sijura tiegħu kienu żaru Malta fi żjara uffiċjali lura fl-2017, fil-fatt huwa kien l-ewwel Prim Ministru Ġappuniż li żar Malta.