Jason Azzopardi jirtira l-akkużi illi Owen Bonnici huwa 'ħalliel' u 'kriminal'

Il-Ministru Bonnici sostna li l-irtirar tal-akkużi juru illi dan kien biss "tfigħ ta' tajn" 

L-eks Deputat Jason Azzopardi iritira l-kliem tiegħu fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici meta f'messaġġ li kiteb fuq Facebook akkużah illi huwa "ħalliel u kriminal". Intant proprju fuq hekk Bonnici kiteb fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook u sostna li l-pass li ħa Azzopardi meta rtira l-akkużi juru illi dan kien biss "tfigħ ta' tajn." 

Azzopardi kien qal fi status li kien tella' lura f'Diċembru illi l-kliem "ħallelin" u "kriminali" huma ġentili wisq għal nies bħal Owen Bonnici u elenka miegħu wkoll lil Keith Schembri - l-eks Chief of Staff f'Kastilja, l-eks PM Joseph Muscat, l-eks Ministru Konrad Mizzi u Brian Tonna u Karl Cini minn Nexia BT, li fetħet il-kumpaniji fil-Panama ta' Schembri u Mizzi. 

(Is-sit illum.com.mt irid jiċċara li ladarba kien irtirat dak li ntqal ma kienx hemm danni mitluba x'jitħallsu minn Azzopardi fuq dan il-każ kif miktub bi żvista u inizzjalment fl-artiklu)

More in Politika