Ħmistax biss wara li wieġbu ħatja għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħwa George u Alfred Degiorgio qed jitolbu li jerġa' jibda l-ġuri kontrihom.
L-Avukati taż-żewġt aħwa li ngħataw sentenza ta' 40 sena ħabs kull wieħed wara li wieġbu ħatja fl-ewwel jum tal-ġuri, ippreżentaw appell li fih qed jitolbu li l-ġuri kontrihom jibda mill-ġdid.
L-appell kien iffirmat mill-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri.
L-avukati qed jgħidu li l-Avukat William Cuschieri kien waqaf jiddefendi liż-żewġt aħwa sitt ġimgħat biss qabel il-ġuri u allura huma ma kellhomx biżżejjed ċans li jitkellmu mal-avukati l-ġodda.
L-appell jgħid li l-avukati li huma talbu biex jiddefenduhom f'dan il-perjodu kollha qalulhom li ma hemmx biżżejjed ċans biex iduru u jsiru familjari mal-evidenza kollha li hemm f'dan il-każ.