Il-Prim Ministru Robert Abela qata' l-ispekulazzjoni li kienet għaddejja, inkluż fil-Partit Laburista u f'intervista ppubblikata llum fuq il-gazzetta The Sunday Times għamilha ċara li hu mhux se jagħżel lil Lawrence Gonzi bħala President tar-Repubblika. Huwa qal li Gonzi mhuwiex figura li ġġib l-għaqda.
"President għandu jkun persuna li jgħaqqad lin-nazzjon u mexxej ta' partit politiku dan ma jistax jagħmlu. L-istess kif Eddie Fenech Adami ma jistax ikun figura ta' għaqda," sostna l-Prim Ministru fl-intervista.
Kienu bosta li argumentaw li Abela jista' jagħżel lil Gonzi minħabba li Gonzi - meta kien Prim Ministru - kien appunta lil George Abela, tixbih li l-PM Abela qal li mhuwiex validu.
Il-President li jmiss se jinħatar fl-2024 u jrid jikseb l-appoġġ ta' żewġ terzi tal-Parlament, wara riforma li saret fl-aħħar leġiżlatura.