Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qala' daqqiet ta' sikkina.
Il-Pulizija spjegat li lbieraħ filgħaxija, l-awtoritajiet tas-saħħa infurmawha li kien iddaħħal raġel l-isptar u kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bl-investigazzjonijiet u irriżulta li r-raġel, li ġie identifikat li huwa Eritrean ta’ 34 sena u jgħix Ta’ Xbiex, kien ġie aggredit minn żewġ persuni b’arma li taqta’ u bil-ponta fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
L-aggressuri wara ħarbu minn fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qiegħda ssir tfittxija għall-aggressur