Il-President Emetiru, Marie-Louise Coleiro Preca, li tmexxi l-Fondazzjoni għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, inħatret bħala l-ewwel President tal-Moviment Mediterran għat-Tfal.
Dan il-Moviment huwa magħmul minn tfal li ġejjin minn sitt pajjiżi, inkluż Malta, is-Serbja, Ċipru, l-Islovenja u l-Kroazja u jaħdem biex iqajjem kuxjenza fost il-gvernijiet u anke s-soċjetà ċivili biex ipoġġu d-drittijiet tat-tfal u l-futur tagħhom fuq nett tal-aġenda politika.
Waqt li aċċettat din il-ħatra, Coleiro Preca qalet lill-ewwel assemblea ġenerali li dan huwa kapitlu ġdid għat-tfal tal-Mediterran.
Fi kliemha, dan huwa mument storiku għax qatt qabel ma kien hemm sforz daqshekk kollettiv biex it-tfal minn madwar il-Mediterran jingħaqdu biex isemmgħu leħinhom u jixprunaw il-bidla.
Din kienet ħolma tal-President Emeritu li ġġib flimkien lit-tfal tal-Mediterran biex jitgħallmu mid-diversità u jaħdmu għal futur aħjar.
Malta se tkun irrappreżentata minn Martina Olivia li għandha 18-il sena.
It-tir ta’ dan il-Moviment huwa li jqajjem aktar kuxjenza dwar l-inguwaljanza u l-faqar fost it-tfal u anke jgħin tfal li jinsabu f’żoni ta’ kunfitt, fost oħrajn.
“Irridu li t-tfal ikunu prijorità fuq l-aġenda Mediterranja,” qalet Coleiro Preca.
Yana Mintoff Bland hija wkoll parti minn dan il-Moviment.