95% tal-proġett tal-junction ta' Ħal Luqa huwa lest - Il-Ministru Farrugia

Il-proġett mistenni li jitlesta kompletament sal-aħħar ta' April, kif skedat u bil-lest għall-aktar perjodu li fih pajjiżna jara turisti 

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia ħabbar li 95% tal-proġett tal-junction ta' Ħal Luqa huwa lest. Dan qalu fid-diskors tiegħu fil-Parlament, fl-aħħar ħin. 

Huwa żied jgħid ukoll li l-proġett mistenni li jitlesta 100% sal-aħħar ta' April, kif kien skedat. Dan proprju jiġi fl-aktar żmien opportun u li fih pajjiżna jara ħafna turisti. 

Intant huwa saħaq li l-aħħar fażi ta' dan il-proġett hija r-rotta b'direzzjoni minn u lejn iż-Żurrieq. Farrugia spjega li dan ġie skedat proprju issa għaliex se joħloq inkonvenjent għar-residenti ta' dik l-akkwata. Madankollu, dan jaħbat f'perjodu fejn it-tfal ma jkollhom skola minħabba l-vaganzi tal-Għid u għaldaqstant l-inkonvenjent huwa inqas. 

More in Politika