L-Għaqda mhux Governattiva (NGO) Repubblika hija fost dawk li fl-aħħar xhur ħadu d-donazzjonijiet mingħand persuni li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija permezz tal-passaport tad-deheb. Dan anke jekk mhux darba u tnejn l-istess Repubblika kienet qalet li din l-iskema għandha titwaqqaf darba għal dejjem.
Dan irriżulta minn tagħrif li ngħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri meta mistoqsi mid-Deputat tal-Oppożizzjoni Graziella Galea, din il-ġimgħa stess.
Tajjeb li nfakkru illi biex wieħed jingħata l-privileġġ ta’ċittadinanza Maltija, hemm numru ta’ rekwiżiti li jridu jintlaħqu. Dawn jinkludu investimenti lokali, xiri jew kiri ta’ proprjetà u kontribuzzjonijiet lejn is-soċjetà Maltija. Kif spjegat ukoll fil-Parlament mill-Ministru Camilleri, il-liġi tistipula li qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat taċ-ċittadinanza, l-applikanti huma obbligati li jagħtu donazzjoni ta’ xejn inqas minn €10,000 lil organizzazzjoni jew soċjetà mhux governattiva filantropika, kulturali, sportiva, xjentifika, tat-trattament xieraq tal-annimali jew artistikali tkun irreġistrata jew kif approvat mod ieħor mill-Aġenzija Komunità Malta.
Għaldaqstant irriżulta li fost l-għaqdiet li ngħataw donazzjoni, kien hemm l-għaqda Repubblika. Mhux darba jew tnejn li fl-aħħar snin Repubblika insistiet u opponiet bil-qawwa kontra din l-iskema, bħal diversi persuni oħra. Eżempju ta’ dan huwa meta f’konferenza attivisti prominenti ta’ din l-għaqda tkellmu mal-midja barranija kontra din l-iskema.
Liema NGOs ibbenefikaw mill-istess skema?
Sintendi, Repubblika mhix l-unika għaqda li ibbenifikat minn din il-klawżola fl-aħħar xhur.
- Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Nature Trust, Birdlife Malta, Friends of the Earth, Rmjs Horse Rescue, Rotary Club, Malta Kitty Guardians for Strays, Society For The Protection And Care for Animals, Dreams of Horses, SOS Malta, Fidem Charity Foundation, St Jeanne Antide Foundation, Sunshine Animal Sanctuary Malta
- Inspire, Action for Breast Cancer Foundation, Food Bank Lifeline Foundation Malta, Richmond Foundation, Association for International Women in Malta, Dar Merhba Bik, Ronald McDonald House Charity, Down Syndrome Association, , Malta Health Network, Malta Red Cross,
- Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Tayar Foundation for Jewish Heritage in Malta, Kenosis Foundation, Verdala International School Refugee Scholarship Fund, Fgura United, Zabbar St Patrick FC, Swieqi United Football Club,
- Research, Innovation & Development Trust – UoM, The Archaeological Society Malta, Blue Door English, Kazin Santa Liena, Moveo Dance Company, Fondazzjoni Partimonju Malti.