Tinfetaħ l-Inkjesta Pubblika fuq il-mewt ta’ Jean Paul Sofia
Tixhed Isabelle Bonnici, omm Jean Paul, viżibilment emozzjonata. Jitkellmu wkoll il-Ministri Stefan Zrinzo Azzopardi u Clyde Caruana
More in Politika
Tixhed Isabelle Bonnici, omm Jean Paul, viżibilment emozzjonata. Jitkellmu wkoll il-Ministri Stefan Zrinzo Azzopardi u Clyde Caruana
L-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia bdiet tinstema quddiem il-Qorti, bl-eks Imħallef Joseph Zammit McKeon, l-ombudsman nazzjonali, imexxi l-ġudikatura. L-avukati Therese Comodini Cachia, Eve Borg Costanzi u Matthew Cutajar dehru għall-familja Sofia – Isabelle Bonnici u John Sofia, filwaqt li l-Avukat tal-Istat Chris Soler kien preżenti wkoll.
Titkellem Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia
“Dakinhar, ħajti nqelbet ta’ taħt fuq,” qalet Bonnici li kienet viżibilment emozzjonata, waqt li tirrakonta kif binha kien intalab sabiex iwassal kaxxa tal-għodda fuq il-post. L-aħħar messaġġ li bagħtilha kien “inħobbok”.
Bonnici spjegat kif kellha tistenna 16-il siegħa biex tivverifikai li binha kien mejjet, wara li kienu għaddewla informazzjoni żballjata li dan kien ittella’ ħajj mill-fdalijiet tal-bini. Hi staqsiet jekk 16-il siegħa humiex aċċettabbli sabiex binha jittella’ mis-servizzi tal-emerġenza, kif ukoll jekk humiex imħarrġa biex jaffrontaw emergenzi bħal dawn.
“Ma flaħtx nibqa’ jew inħares lejn is-sit, ma waqaftx nitlob. Kien qed jgħajjatli? Kien qed ibati? Kien l-unika iben tiegħi. Kellu ħajja, għarusa u futur.”
B’uġigħ evidenti f’leħinha, Bonniċi stqarret li l-kirba għall-flus u n-nuqqas ta’ regoluzzjoni fl-industija tal-kostruzzjoni kien qaltlu lil binha. “Irrid li jkun hemm tama għall-ħaddiema f’dan is-settur. Ibni kien telaq mill-industija, beda jaħdem f’dik tal-arja kundizzjonata, biex reġa nbagħat lura.”
“Irrid li mid-dmugħ li nixxejt minn għajnejja tfeġġ xmara ta’ tama,” żiedet. “Qed nistenna ġustizzja, kif ukoll li l-industrija ssir aktar sigura u li l-imwiet fuq il-post tax-xogħol jonqsu kull sena.”
Wara lissnet lista twila ta’ mistoqsijiet sabiex tiprova tifhem x’kien il-kaġun tal-mewt ta’ binha. Dawn kienu jinkludu jekk due diligence kienx sar fuq l-iżviluppaturi, jekk hemmx xi konnessjonijiet politiċi ma’ kif inħareġ il-permess tal-bini, jekk il-ħaddiema kienux imħarrġa biżżejjed, kif ukoll jekk kienx hemm uffiċjali tas-saħħa u s-sigurtà preżenti.
“Liċenzji tal-bini qed jinħarġu sempliċiment għax wieħed iħallas għalihom, mingħajr ma jsir aktar skrutinju,”kompliet, waqt li għamlet appell sabiex il-bord ifittex fl-isfond tal-problema u jassigura li binha ma jkunx miet għalxejn.
Zammit McKeon irringrazzjaha tax-xhieda tagħha.
Jitkellmu l-Ministru tal-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana
Zrinzo Azzopardi ġie mistoqsi jekk qatt indirizzax iż-żieda tal-imwiet fuq il-post tax-xogħol fl-industija tal-kostruzzjoni.
Huwa saħaq li, “il-liġi hi ċara fuq min iġorr ir-responsabbiltà ta’ saħħa u sigurtà. L-Occupational Safety and Health Administration (OHSA) għamlet l-ispezzjonijiet. Ma nistgħux inħarsu biss lejn in-numri, kull mewt hija traġedja, irrespettivament mill-perċentwalijiet.”
Żied jgħid li emendi sabiex jindirizzaw din il-problema se jiġu proposti fil-Parlament aktar tard dis-sena.
Madanakollu, il-Ministru qal li 20 uffiċjal huma nkarigati mill-infurzar kollu li jsir f’Malta u Għawdex.
Meta mistoqsi mill-avukat Comodino Cachia dwar għalfejn m’hemmx minuti tal-laqgħat tiegħu mal-Kapijiet Eżekuttivi tal-Awtoritajiet, hu stqarr li ma jżomm l-ebda rikordju ta’ direzzjonijiet politiċi lejn awtoritajiet taħtu, għax dawn il-laqgħat huma kontinwi u ta’ kull ġimgħa.
Caruana mbagħad spjega kif il-Ministeri jagħmlu l-argumenti tagħhom għal allokazzjonijiet mill-baġit. Fhiehem kif, jekk awtorita’ għandha bżonn miljun ewro, u hu għandu biss €800, 000, trid tkun l-awtorità li talloka l-finanzi.
Meta mistoqsi jekk hemmx dokumentazzjoni ta’ dawn it-talbiet, Caruana qal li jrid jiċċekkja jekk dawn inżammux. “Dan għalhiex hija l-amministrazzjoni tas-servizz ċivil li jaħdmu fuq dawn ir-rikjesti. Biex inkun ċar, l-ittri elettroniċi jintbagħtu lid-direttorat u mhux lill-indirizz personali tiegħi.”
Żied li ma jafx jekk hix prattika normali fil-Ministeru tiegħu li jitħassru l-ittri elettroniċi.
Meta mistoqsi l-OHSA x’għandha tagħmel biex titlob għal 20 ħaddiem ieħor, hu wieġeb li dan isir b’talba għal bidla fil-baġit. “F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtorità titkellem mal-Ministeru tagħha, li mbagħad jiġi għandna. Aħna nsaqsu jekk għandux fondi li jista’ jalloka għal dak l-iskop. Mhux l-ewwel darba li aktar fondi ġew allokati lill-Ministeru ħabba talbiet ta’ din ix-xorta."