87% tal-qwiebel u l-infermiera jivvotaw favur ftehim settorali ġdid
Dan jinkludi numru ta’ benefiċċji ġodda sabiex jinċentivaw aktar ħaddiema jaħdmu fis-settur
More in Politika
Dan jinkludi numru ta’ benefiċċji ġodda sabiex jinċentivaw aktar ħaddiema jaħdmu fis-settur
Il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) ħabbret li 87% tal-membri kollha approvaw il-ftehim settorali ġdid.
Dan sar waqt laqgħa staordinarja li ssejjħet fil-11 t’Awwissu.
B’hekk, il-maġġoranza tal-proposti tal-MUMN ġew approvati mill-membri, u se jiġu introdotti tul il-ħames snin li ġejjin. Dan il-ftehim li se jiġi ffirmat mill-MUMN u l-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Skont il-ftehim, se jiġu introdotti inċentivi ġodda bl-għan li jinkoraġġixxi aktar zgħażagħ jidħlu fis-settur, kif ukoll iżomm il-ħaddiema li diġa jaħdmu fih.
Permezz tiegħu, kull benefiċċji eżistenti relatanti mal-gradi ta’ kull qabla (midwife) u infermier żdied, kif ukoll żidiet fl-benefiċċji ta’ min ikompli jistudja.
Ġie introdoti benefiċċju ġdid għal kull gradwat ġdid, kif ukoll benefiċċju fejn wieħed jirċieve remunerazzjoni għola meta jaħdem overtime. Kull qabla u infermier se jibda jirċievi ukoll benefiċċju ta’ ġestizzjoni.
Kull tnaqqis minn dawn l-benefiċċji meta wieħed jieħu s-sick leave se jieqaf, sakemm ma jkunx hemm abbuż.
Is-6.6 sigħat żejda li dawn jaħdmu se jibdew jitħallsu bir-rata tal-overtime, u mhux bir-rata normali, kif kien ilu jsir mis-snin 70.
Il-ftehim jgħid ukoll li kull sistema teknoloġika ġdida ma tistax tiġi imposta fuq il-qwiebel u l-infermiera, sakemm ma tkunx implimentata bi ftehim mal-MUMN.
Apparti dan, is-sistema fejn wieħed tinqaralu il-pala t’idu sabiex juri x’ħin daħal u ħareġ mix-xogħol mhux se tiġi introdotta sakemm din ma tintużax mill-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa, inkluż diretturi u konsulenti.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wera l-approvazzjoni tiegħu lejn dan il-pass, fejn qal li, “dan għandu jwassal għal riżultat aħjar għall-ħaddiema, u fuq kollox il-pazzjenti.”
Il-Prim Ministru Robert Abela għamel l-istess, fejn qal li, “sodisfatt li b’saħħa kbira, il-ftehim approvawh il-ħaddiema nfushom.”