L-Ambaxxatur għall-Isvezja f’Malta Andres Jato sellem lid-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti David Agius, hekk kif dan tal-ewwel se jkun qed iħalli l-kariga tiegħu.
Agius, filwaqt li awgura suċċessi f’dak li jagħmel Jato fil-futur, irringrazzja lill-Ambaxxatur tax-xogħol siewi li għamel sabiex isostni u jtejjeb ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi
Flimkien, huma għarfu l-importanza li nfittxu toroq ġodda li jwasslu għal benefiċċju taż-żewġ nazzjonijiet, partikolarment fis-settur tal-enerġija rinovabbli.
Agius innota kif it-twaqqif tal-Grupp ta’ Ħbiberija Parlamentari bejn il-Parlament Malti u dak tal-Isvezja se jwassal għal aktar diskussjonijiet dwar kooperazzjoni bejn il-paiiżi, u flimkien qablu li huwa importanti li “nibqgħu ottimisti u proattivi billi ninvestu f’opportunitajiet ta’ diversità kulturali.”
Huwa żiedu li r-relazzjoni ta’ bejn Malta u l-Isvezja tista’ tissaħħaħ bil-preżenza fiżika ta’ rappreżentanti diplomatiċi fil-pajjiżi.