Jitħabru miżuri għal-immaniġġjar tal-iskart aħjar mill-Kunsilli Lokali
Dawn jinkludu wkoll miżuri t'infurzar
More in Politika
Dawn jinkludu wkoll miżuri t'infurzar
Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, ħabbru li se jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda bil-għan li jkun ikkoordinat aħjar ix-xogħol tal-Kunsilli Lokali f’postijiet għal btala, partikolarment fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart. Dawn l-emendi għandhom “jagħtu lok għal ħidma iktar effettiva bejn il-kunsilli lokali, l-Awtorità Maltija għat[1]Turiżmu u s-sidien tal-postijiet għall-btala.”
Mill-Ġimgħa 22 ta’ Settembru, il-Kunsilli Lokali se jkunu jistgħu jakkwistaw informazzjoni rigward is-sidien ta’ dawn il-postijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, sabiex ikunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex jindirizzaw aħjar u b’mod aktar effikaċi s-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità. Dawn jinkludu diversi forom, fosthom dawk edukattivi, kif ukoll dawn t’infurzar.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali nqtal li, “dawn l-emendi huma turija ċara li dan il-Gvern huwa mpenjat u kommess li dejjem aktar jagħraf itejjeb is-sistema Nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart, li jisħaq fuq il-bżonn tas-separazzjoni tal-iskart, u li jassigura li jitħarsu l-liġijiet fejn tidħol indafa pubblika għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.”