Waqt laqgħa mal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani, il-Partit Nazzjonalista qal li l-għoli tal-ħajja hi fost l-akbar sfidi li jiffaċċjaw ta’ kuljum l-anzjani.
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li Gvern Nazzjonalista se jindirizza l-isfidi tal-għoli tal-ħajja li l-anzjani qed jaffaċjaw fosthom billi ma’ jintaxxawx il-COLA, u kompla jgħid li l-Gvern ta’ Robert Abela għadu qed “jirreżisti” din il-proposta.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani esprimew it-tħassib rigward l-anomalija li tezisti fil-pensjonijiet ta’ dawk l-anzjani li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1961 u dawk l-anzjani li twieldu wara dik id-data. B’rispota għal dan, Grech qal li “Gvern ġdid Nazzjonalista jimplimeta pakkett għall-pensjonijiet” billi juża mekkaniżmu ta’ 70/30. Dan il-mekkaniżmu bħalissa qed jintuża’ għaż-żieda lill-pensjonanti mwielda wara l-31 ta’ Diċembru 1961, iżda Gvern Nazzjonalista jrid li jitħaddem għall-pensjonanti kollha.
Barra minn hekk waqt il-laqgħa ġew diskussi diversi temi kurrenti fosthom il-penzjonijiet.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-Deputati Paula Mifsud Bonnici u Jerome Caruana Cilia, kif ukoll mid-Deputat u Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Agius u l-President tal-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti Joe Zahra.