Il-Baġit 2024 ta' serħan il-moħħ għall-anzjani
Il-Partit Laburista enfasizza li l-anzjani m’għandhomx ibatu u se jkompli jerfa’ l-piż hu
More in Politika
Il-Partit Laburista enfasizza li l-anzjani m’għandhomx ibatu u se jkompli jerfa’ l-piż hu
Serħan il-moħħ u tama lill-anzjani, hekk iddeskrivew il-Baġit id-Deputati Randolph De Battista u Katya De Giovanni waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Huma enfasizzaw li l-anzjani m’għandhomx ibatu t-tbatijiet li għaddejja minnu d-dinja u se jibqa’ jerfa’ il-piż hu sabiex jgħinhom jimxu ‘l quddiem.
De Battista kkumpara d-differenza fit-twemmin bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, u saħaq li l-PL qatt ma strieħ, tant li issa l-anzjani se jesperjenzaw żieda rekord fil-pensjonijiet.
“Żieda ta’ 780 Ewro fis-sena. Qatt f’pajjiżna ma rajna żieda bħal din... Il-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA issa nfirex iktar u se jolqot ukoll ħafna nies li mhumiex neċessarjament f’riskju ta’ faqar” qal De Battista. Filwaqt li kompla jsostni li dan l-baġit qed jagħmel ġustizzja mal-anzjani li twieldu qabel l-1962 u li se jinċentivahom biex jgħixu f’djarhom.
De Giovanni semmiet eżempji taż-żidiet li se jkunu qed igawdu minnhom il-pensjonanti s-sena d-dieħla;
Koppja pensjonanti li għandhom pensjoni kontributorja se jaraw żieda ta’ €1,890 fis-sena;
Pensjonanta xebba se tirċievi żidiet li jammontaw għal €1,003 fis-sena;
Ir-romol €1,000 fis-sena;
Ħaddiema li jibqgħu jaħdmu sa 64 sena se jkollhom dħul addizzjonali il-pensjoni ta’ €2,977 fis-sena;
Filwaqt li koppji li jgħixu bil-pensjoni tal-eta’ bejniethom se jiżdiedu €1,380 fis-sena.