Bernard Grech: Gvern li għejja u bla viżjoni
Il-kap ta’ l-oppożizzjoni f’attakk feroċi fuq Robert Abela u l-politika tal-gvern tiegħu. Grech jfakkar fil-korruzzjoni, l-isfreġju ambjentali u l-politika bla integrita’ tal-Gvern Laburista. Jinsisti li Partit Nazzjonalista fil-Gvern joffri tama
minn Elaine Camilleri
"L-oppożizzjoni hija xempju ta’ tama u forza tal-bidla u li se joffru viżjoni għal għada isbaħ", hekk beda d-diskors tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Grech qal li se joffri alternattiva tajba għall-futur tal-pajjiż. Huwa tkellem dwar il-viżjoni ta’ ekonomija u eċċellenza li biha qal se joffri ħajja aħjjar. Viżjoni li se jssaħħaħ ir-reputazzjoni u integrità u tiġdid meħtieħ sabiex il-pajjiż jinibdel skont il-prijorita tal-poplu u li jsaħħu id-demokrazija, favur il-poplu u mhux favur tal-poter sostna Grech.
Grech qal li dan isir billi jingħata widen lill-poplu, u li L-PL kellu responsabilità biex itejjeb il-poplu. Huwa kompla jgħid li fi 11-il sena setgħu jtejbu ħafna imma mal-mogħdija taż-żmien baqgħet biss din il-ferneżija ta’ ċapċip; nuqqas ta’ governnaza tajba u nuqqas li jżomm il-valuri tal-poplu Malti.
X’inhi l-akbar bidla li għamel il-labour f’Malta fl-aħħar għaxar snin? Saħaq Grech. Huwa kompla jgħid li l-ikbar bidla li seħħet kienet żieda enormi fil-popolazzjoni u li Abela rema il-kwalità u mar għall-kwantità. Grech qal li taħt it-tmexxija ta’ Abela, l-popolazzjoni rduppjat u dan ma kien hemm l-ebda studju dwarha u il-bidla ta’ tkabbir baqgħet sseħħ bla rażan.
Grech qal li PL kasbar ir-reputazzjoni tagħna u tal-familji tagħna u li ħammeġ isem pajjiżna bil-kbir.
Dejn u l-ogħli tal-ħajja
Grech insistna fuq il-kuntest tal-pożizzjoni finanzjarja u saħaq li Abela irnexxielu jirduppja id-dejn ta’ €5.7 biljun mis-sena 2019 l’hawn. Huwa qal li d-dejn wasal biex jilħaq €10 biljun euro minn mindu Abela laħaq Prim Minsitru, Grech sostna li ċ-ċifru u fatti jitkellmu waħedhom.
Grech sostna li Caruana ħa jkun għamel iktar dejn mill-ministri kollha ta’ qablu nazzjonalisti u laburisti u dan qed jammetih hu stess fil-projezzjoni tiegħu stess.
Grech qal li dawn il-flus il-PL seta’ investihom fl-edukazzjoni jew fl-anzjani, u li ż-żieda hija waħda mill-ogħla fl-UE.
Grech qal li huwa perikoluż għax qarreb ħafna lejn il-linja ħamra tal-UE, la darba tinqabeż l-affarijiet xejn mhu se jkunu sbieħ. Il-qagħda finanzjarja hija bozza ħamra u l-investituri mhux se jħarsu lejna skont Grech.
Il-mantra tal-PL jgġid Grech hija “fallu intkom u weħħel f’ħaddieħor” hekk kif akkuża lill-PL li tilef ir-rotta u Abela l-anqas jaf fejn sejjer.
“Mhux investiment ġibtu imma dejn għax iddeċidew illi jiffangaw u ma jimpurtahomx mill-pajjiż” sostna Grech.
Grech kompla jgħid li s-sitwazzjon ta pajjizna hija ta’ tħassib kbir u il-Maltin mhumiex ilaħħqu mal-ħajja minħabba l-inflazzjoni.
Kompla jgħid li fil-baġit ġie mwiegħed lill-anzjani li se jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja minħabba ż-żieda fil-pensjonijeit imma Grech saħaq li l-pensjoni mhix biżżejjed.
Grech semma li ċ-ċifri tal-inflazzjoni tagħna hija ogħla miż-żona ewro u li l-familji Maltin qed jindunaw li l-Gvern ma jinteressahx li jindirizza l-għoli tal-ħajja. Il-ħajja f’Malta hija 30% ogħla minn pajjiżi oħra u saħaq li ċertu nies saħansitra qed imorru jixtru minn Sqallija biex ikunu jistgħu jafforjdaw prodotti. Grech kompla jgħid li għalkhemm il-PL qata’ qalbu, il-PN ta widen lill-poplu Malti u se jara kif se jgħin.
Kompla jisħaq li ż-żieda tal-COLA m’għandiex tkun taxxabbli sabiex il-poplu Malti ikun f’pożizzjoni aħjar. Grech qal li l-Gvern ma jistax ma jieħux azzjoni quddiem din il-pjaga li qed ibatuha l-familji Maltin u Għawdxin. Grech saħaq li il-PL “huwa l-uniku Gvern li ma kellux viżjoni”.
L-edukazzjoni
“Dan il-budget huwa wieħed irrelevanti għall-edukazzjoni” dan qaluh l-unions tal-edukaturi f’pajjiżna saħaq Grech. Il-Gvern naqas milli jserraħ ras l-edukaturi kif se jgħinhom jegħlbu l-isfidi fis-settur u li mhux ta’ b’xejn spiss nisimgħu b’edukaturi li abbandunaw il-professjoni.
Grech qal li issemmew proġetti għal tijieb ta’ skejjel imma li “tbajjad skola ma jfissirx bnejtu skola ġdida”. Dan il-budget kien wieħed “diżappuntanti” għax nesa lill-istudenti u liż-żgħażagħ.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li PL ma joffri l-ebda strateġija kif ser jinbew kmamar multisensorjali f’kull skola għal benefiċju ta’ tfal li jaqgħu fuq l-ispektrum tal-awtiżmu jew li jsofru bi global developmental delay. Huwa kompla jsostni li ma hemmx soluzzjoni dwar kif ser jissaħħu s-sistemi li bihom t-tfal bi problemi diversi jiġu diagnosed kemm jista’ jkun kmieni u mogħtija l-għajnuna meħtieġa.
Enerġija
Grech jirreferi għal qtugħ ta’ dawl li seħħ dan is-sajf u saħaq kif il-Gvern falla f’dan is-settur ukoll għaliex kellu ibati l-poplu Malti. Grech qal kif fid-diskors tal-baġit ma’ ssemma xejn dwar il-proġett ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija u l-irdieden tar-riħ fil-baħar xorta għadu ma sar xejn. Grech kompla jgħid
Grech qal li l-pjan tal-PN huwa li se jagħmlu investiment xieraq u aċċellerat fin-network tad-distribuzzjoni; Sistema ta’ data analysis li llum tista’ tinġabar mill-ismart meters; li se jkun hemm inċentivi għall-binjiet li jkollhom livell għoli ta’ effiċjenza fl-enerġija; Ikunu introdotti rati ta’ benefiċċju għall-ħinijiet off-peak li jkunu orħos mill-orħos rata preżenti fost oħrajn.
Il-Gvern Nazzjonalista saħaq li se jagħti garanzija ta’ servizz tal-elettriku denju li jixraq lill-pajjiż.
Saħħa
Grech isemmi l-kuntratt ta’ bej Vitals u Steward u qal li PL daħal kompliċi u ta €400M minn bwiet il-poplu lil barranin u servizz flok tjieb mar lura minkejja s-sagrifiċċji kbar tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. Is-settur tas-saħħa jinsab għarkuptejh u kompla jgħid li f’Malta m’hawnx biżejjed teatri tal-operazzjonijiet waqt li saħaq li l-professjonisti ma jistgħux jibqgħu jiġu mgħaffġa.
Grech jgħid li anke il-qagħda tas-saħħa mentali kompliet sejra lura hekk kif kkwota persentaġġ ta’ nies li fittxew l-għajnuna u ir-Richmond Foundation li ma ssemmitx fil-baġit.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jinsab mħasseb hekk kif aktar minn 74% ta’ żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-18-il sena, u aktar minn 56% ta’ dawk ta’ bejn id-19 u l-25 sena jwieġbu li kellhom tħassib dwar is-saħħa mentali tagħhom fl-aħħar snin.
Grech qal li PN se jagħti għajnuna lill-professjonisti fis-settur tas-saħħa, se jibnu sptar ġdid ta’ kura, se jiżguraw li jitkompla l-irrinnovar fl-Isptar Monte Karmeli, li joħloq pjan ta’ edukazzjoni u li jinvestu fil-kliniċi u sptarijiet. Grech saħaq li l-PN se jaġdem sabiex jissaħħu l-metodi t’għajnuna ta’ telefon kemm online u kemm fiżikament fost oħrajn, bħala parti mill-viżjoni tal-PN.
Ġustizzja
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li taħt il-Gvern ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna fl-aħħar snin tnawret u ġarrbet ħsarat li jaf ma jissewwew qatt, u li pajjiżna saħansitra kienspiċċa grey listed għal xi żmien.
Grech saħaq li rridu nibnu mill-ġdid ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u li rridu nindirizzaw l-attakk li wettaq Robert Abela ftit tal-jiem ilu fuq il-Qorti Maltija.
Fid-diskors tiegħu, Grech qal li il-Gvern ma semma xejn fil-baġit dwar l-istat tal-ġurnaliżmu u l-eżerċizzju tal-jedd fundamentali tal-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna. Barra minn hekk , Grech qal li l-Ministru tal-Finanzi ma semma xejn dwar il-proġett ta’ bini ta’ Qorti ġdida f’Għawdex u m’hemm l-ebda flus għal dan il-għan. Il-vot kapitali għall-Qorti t’Għawdex kien tnaqqas minn €400,000 għas-sena 2022 għal €100,000 għas-sena 2023.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ser tibqa’ b’baġit miżeru ta’ €180,000. Huwa jkompli jgħid li ma jissemma xejn dwar it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Sigurtà
Is-sigurtà hija biss għal dawk li wettqu kollużjoni, hekk qal Grech hu u jindirizza lill-PL li ma jimpurtahx mill-uffiċjali li jaħdmu u jaqdu dmirijiethom u huwa jkompli jonqos milli jagħtihom l-għodda u riżorsi neċessarji.
Grech qal li l-PL kien għamel wiegħda li jsaħħaħ lill-Korp tal-Pulizija billi jitjiebu l-kundizzjonjijeit imma dan qatt ma seħħ u minflok għandha “ Korp demotivat, overworked u overstretched”.
Grech saħaq li jridu jissaħħu l-aġenzji li għandhom id-dover li jinfurzaw il-liġijiet biex b'hekk tiżdied id-dixxiplina kullimkien. Filwaqt li Qrati għandhom ikollhom riżorsi biex jaħdmu, inkluż billi niktbu mill-ġdid il-Kodiċi Kriminali biex jibda jagħmel sens fiż-żminijiet tal-lum; “ Għadna naħdmu bi proċedura li nkitbet 170 sena ilu.”
Turiżmu
Wieħed mill-pilastri tal-ekonomija Maltija huwa t-turiżmu u Grech saħaq li fl-aħħar 3 snin raw tnaqqis fil-baġit li inagħta lill-MTA, bi tnaqqis ta’ 12-il miljun ewro; u l-baġit ukoll li jservi fir-riġenerazzjoni ta’ proġetti f’żoni turistiċi tnaqqas b’terz.
Kompla jgħid li anke l-Belt nesa Abela b’fondi għall-upkeep €310,000, l-istess bħal ta’ qabel. Ma nistgħux inħallu lil Belt titlef l-identità tagħha. Grech jindirizza lill-artist u l-villaġġ tal-karnival li ma kinu msemmija fil-baġit waqt li jerġa’ jisħaq li PL huwa “gvern bla soluzzjonijiet.”
Għawdex
Grech qal fil-baġit ma ssemma xejn dwar ir-raba’ vapur jew dwar l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fiwaqt li kompla jsostni li l-Gvern mhux jagħti widen tal-ħtiġijiet tal-Għawdxin. Grech qal li s-sitwazzjoni ambjentali f’Għawdex tinsab fi stat ta’ kriżi, b’konsegwenzi negattivi u inevitabbli tal-iżvilupp żejjed fuq l-ekonomija, it-turiżmu, in-negozju u fuq kollox ukoll, l-identità Għawdxija.
Grech qal li huwa “importanti ferm li nsalvaw il-kwalità tal-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi”.
“Il-Partit Nazzjonalista kien dak li welled lil Għawdex bħala gżira reġjun.” saħaq Grech.
Grech iwiegħed 10 setturi ekonomiċi ġodda ta’ pedament sod għall-ekonomija f’pajjiżna
Investimenti bbażati fuq Metaverse; Servizzi ta’ compliance u due diligence; Manifattura avvanzata u speċjalizzata; Ipprintjar 3D 5. Applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali (AI) ;L-industrija tal–e-Sports; Produzzjoni ta’ video games; Industrija tal-isports; Tisħiħ tas-settur tal-enerġija; Intrapriżi soċjali.
Fl-aħħar nett, Grech kkonkluda li l-PN se joffri Malta aħjar, "pajjiż fejn kulħadd jieħu dak li ħaqqu", "ħajja aħjar f’pajjiżna fejn minflok nispiċċaw niddibattu skandlu wara skandlu, wara skandlu", u li se jagħti ħajja aħjar għall-poplu Malti fejn isir investiemnt kontinwu f’diversi qosma.
Grech jkompli jgħid li PN se joffri ħajja aħjar f’pajjiżna fejn ikollna l-infrastruttura meħtieġa li sservi tajjeb għall-popolazzjoni li għandna, għat-turiżmu ; ħajja aħjar b’riżorsi tant meħtieġa għall-forzi tas-sigurtà.
Grech u il-PN se jagħti viżjoni ta eċċellenza fejn skontu jirbaħ il-ħaddiem, il-bieżel, l-pazjent u l-istudent. Grech qal li PN se joffri din il-viżjoni fejn jirbaħ l-ambjent, iż-żgħażaġħ, u fl-aħħar mill-aħħar "jirbħu Malta u Għawdex".