L-ex Membru Parlamentari Laburista Silvio Grixti ħareġ b’attakk kontra l-Partit Laburista fejn saħaq li huwa “mostru” li tkisser il-membri Labursiti filwaqt li tpaxxi in-Nazzjonalisti.
Grixti qed jiġi akkużat li kien il-moħħ wara l-iskandlu tal-benefiċċji soċjali.
Permezz ta’ kumment qasir fuq il-paġna tal-Facebook, Grixti qal “Ħuti Laburisti tajjeb nirrejaliżżaw li aħna ċittadini tat- tieni klassi u stmati inqas minn ħaddieħor, imsawtin minn taghna stess.”
Grixti kkritika ukoll il-Pulizija u l-midja li skontu ma’ ħadux azzjoni fil-konfront ta’ Nazzjonalist, Stephen Spiteri li f’2018 inqabad jbiegħ ċertifikati mediċi foloz. Huwa qal ukoll li kellu negozju rreġistrat il-barra mill-pajjiż.
Imħallef kien iddeskriva l-proċeduri dixxiplinarji tal-Kunsill Mediku kontra t-tabib u deputat tal-PN Stephen Spiteri bħala ‘każ klassiku ta’ nuqqas strutturali ta’ imparzjalità oġġettiva’, li warrab il-każ.
“Ħadd ma ħadlu laptop, ħadd ma ħadlu l- mobile, ħadd ma nvestigaħ u ħadd ma arrestah” kiteb Grixti.
Fl-ewwel attakk dirett tiegħu fil-konfront tal-Partit Laburista, l-eks Deputat kiteb, “Il-Partit Laburista llum mhu xejn ħlief magna li tkisser il- Laburist u tpaxxi n-Nazzjonalist.”