Frodi tal-benefiċċji soċjali: Silvio Grixti mistenni jitressaq il-Qorti f'Marzu

L-eks ministru Laburist Silvio Grixti huwa mistenni li jiġi mressaq il-Qorti għall-irwol li huwa kellu fl-iskandlu tal-iskema ta’ benefiċċji soċjali, fit-22 ta' Marzu

L-eks ministru Laburist Silvio Grixti huwa mistenni li jiġi mressaq il-Qorti għall-irwol li huwa kellu fl-iskandlu tal-iskema ta’ benefiċċji soċjali.

Il-Ħadd, Times of Malta rraportat li Grixti, flimkien ma’ erba’ persuni oħra se jiġu mressqa l-Qorti fit-22 ta’ Marzu.

Roger Agius, Emmanuel Spagnol, Dustin Caruana, u Luke Saliba, huma l-erba’ persuni l-oġra.

 

Roger Agius kien ix-xufier ta’ Grixti, iżda skont allegazzjoni, huwa maħsub li kellu parti prominenti fl-iskema.

 

L-iskema wasslet biex persuni jieħdu pagamenti darba fix-xahar ta’ maswar €450, mid-Dipartiment tal-Benefiċċji Soċjali.

 

Il-maġġoranza ta’ dawk imressqa fl-aħħar xhur, ammettew għall-akkużi miġjuba kontrihom, u aċċettaw li jagħtu lura l-flus kollha li huma rċievwew. Sa issa kollha natgħu sentenzi sospiżi.

 

Minn meta l-midja kixfet dan l-iskandlu xhur ilu, Grixti ddefenda ruħu u saħansittra sejjaħ lil Partit Laburista bħala “mostru” li jabbanduna l-partitarji Laburisti biex jikkuntenta dawk Nazzjonalisti.

 

Fuq il-midja soċjali, it-tabib Grixti kien allega li l-pulizija qed tagħlaq għajneja għal tabib Nazzjonalista li qed jiffalsifika ċ-ċertifikati tat-tobba u saħansittra hu s-sid ta’ kumpanija offshore.

 

Huwa semma l-MP Nazzjonalista Stephen Spiteri b’ismu, meta allega li dan fl-2018 kien qed ibigħ ċertifikati tat-tabib għal €5 -il wieħed.

 

Imħallef fuq il-każ kien kkonkluda li proċess dixiplinarju bejn il-Kunsill Mediku Malti u l-MP Nazzjoanlista kien “każ klassiku ta’ nuqqas strutturali ta’ imparzjalità oġġettiva” qabel waqqa’ l-kawża.

More in Politika