Il-Parlament se jkun qed jieħu vot ta’ sfiċuda kontra tlett ministri nhar il-Ħamis li ġej, f’mozzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista.
Il-ministri huma Stefan Zrinzo Azzopardi, Miriam Dalli u Silvio Schembri.
Iħabar dan l-Erbgħa filgħaxija, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cremona spjega li dawn it-tlett ministri huwa responsabbli minn entitajiet imsemmija fl-Inkjesta Sofia.
Id-dibattitu u l-vot se jkunu qed isiru fl-istess ġurnata.
AQRA AKTAR: Il-PN b'vot ta' sfiduċja f'Dalli, Schembri u Zrinzo Azzopardi
Liema entitajiet imexxu jew mexxew dawn il-ministri?
Filwaqt li l-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi kellu f'idejh l-OHSA u l-BCA fl-istess perjodu li seħħ l-inċident ta' Sofia. Kemm l-OHSA u l-BCA ssemmew mhux ħazin fl-inkjesta.
Il-bord jirrikonoxxi li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol rat riformi wara l-inċident ta’ Kordin., iżda rigward ix-xogħol tal-entità qabel, l-inkjesta qalet li l-entità għalqet għajnejha għal dak li qed jiġri.
Il-Ministru Schembri kien il-ministru responsabbli mill-portofoll tal-artijiet. L-awtorità tal-artijiet ma ssemmietx fil-lista tal-entitajiet, li skont l-inkjesta, naqqsu mir-responsabbilitajiet tagħhom.
Min-naħa l-oħra, il-Ministru Miriam Dalli hija l-ministru kkarigata mill-Malta Enterprise, awtorità li ssemmiet mhux ħażin.
AQRA AKTAR: Uħud mill-entitajiet u l-persuni mċanfra fl-Inkjesta Sofia
Skont l-inkjesta, l-Malta Enterprise mhux talli naqset milli tagħmel skrutinju taż-żewġ direttur mexxejja tas-sit ta' Kordin, talli uffiċjal fi ħdan l-entità mbutta l-applikazzjoni. Dan minkejja liż-żewġ direttur ma kellhom l-ebda esperjenza fis-settur tal-kostruzzjoni għajr fl-injam għall-aħħar ħames xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.
Għalkemm Dalli hi l-ministru responsabbli mill-Malta Enterprise issa, hi ma kinitx responsabbli mill-entità fi żmien l-inċident ta' Diċembru 2022.
Mdawwar mill-membri parlamentari nazzjonalisti, Grech fakkar li huwa staqsa ripetutament min se jkun qed jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia. Madankollu, "Ministri Laburisti fil-Kabinett ta’ Robert Abela baqgħu jirrifjutaw li jwieġbu din il-mistoqsija."