Il-Partit Nazzjoanlista qabel li l-Ewropa għandha tarma ruħha għal għawġ, minkejja li tibqa’ tiġġieled għal paċi.
F’kummenti lill-gazzetta oħt, MaltaToday, il-MPs Nazzjonalisti kienu qegħdin jirreaġixxu għall-manifest elettorali tal-Partit Popolari Ewropew.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem għal paċi, iżda wkoll tarma ruħha sabiex tkun lesta tiddefendi lilha nnifisha.
“Ejja nifhmu, hemm min ma jridx jirrispetta l-valur universali tal-paċi… waqt li l-Ewropa qed taħdem għal paċi, għandha taħseb ukoll fuq id-difiża,” huwa spjega.
Membri Parlamentari oħra, bħal Karol Aquilina, Albert Buttigieg u Adrian Delia, qablu ma' Grech u fi ftit kliem spjegaw kif il-ġrajjiet internazzjonali qed jisforzaw ċertu skumdita fis-sigurtà, u li ma jkunx ħażin jekk il-pajjiżi ewropej jaħsbu sabiex jaraw kif jiddefendu ruħhom.
MInkejja dan, Carmelo Mifsud Bonnici ma qabilx illi l-Ewropa għandha timxi fuq strateġiji daqsekk militari, speċjalment fil-konfront tar-Russja, mingħajr ma taħdem għal paċi fl-Ukrajna.
“Naf li mhux faċli, hi kkumplikata, imma dak li qed jiġri bħalissa, speċjalment wara d-diskors ta’ Macron, fejn qal illi Franza se tibgħat truppi Franċiżi fl-Ukrajna, iktar perikoluża,” sostna l-MP.
Huwa wissa li jekk l-Ewropa tikkolassa fi gwerra waħda, u skont hu din hi xi ħaġa li Malta mhux tikkunsidra, l-Ewropa se ssib ruħha tiġġieled gwerra li għamlet minn kollox biex twaqqaf.
Qal illi Malta trid tagħmel ħafna aktar milli qed tagħmel, sabiex tgħaqqad il-pajjiżi flimkien, tippromwovi sfera ta’ diskussjoni fuq numru ta’ suġġetti.
“Ħafna drabi, pajjiżi żgħar jistgħu jgħidu affarijiet li l-pajjiżi l-kbar ma jistgħux,” hu kompla jgħid.
Il-PPE huwa grupp politiki fil-lemin ċentru li jiġbor miegħu d-demo-kristjani u partiti konservattivi, inkluż il-Partit Nazzjonalista. Huwa approva l-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjonijiet tal-MEPs f’Ġunju li ġej, fis-6 ta’ Marzu.
Fost il-proposti, l-PPE qed jipproponi li stati membri jipprojatizzaw ix-xiri ta’ armamenti, sabiex jiddefendu ruħhom.