L-ewwel mexxej ta' gvern fl-Ewropa ta' karnaġġjon skur

Jindirizza partitarji, Vaughan Gething qal li Wales qed tikteb l-istorja Ewropea  

Vaughan Gething, L-Ewwel Ministru ta' Wales
Vaughan Gething, L-Ewwel Ministru ta' Wales

Il-Partit Laburista f’Wales għadu kif jtella’ lil Vaughan Gething, bħala l-mexxej tiegħu. Il-politiku, 50, se jkun qed jsir l-ewwel mexxej ta’ karnaġġjon skur fl-Ewropa.

Gething se jilħaq “l-Ewwel Ministru” l-ġimgħa ddieħla, wara elezzjoni taħraq bejnu u bejn il-Ministru għall-Edukazzjoni Jeremy Miles.

Il-ħatra tal-Ministru għall-Ekonomija u s-Saħħa, segwiet ir-riżenja tal- “Ewwel Prim Ministru” Mark Drakefor f’Diċembru tal-2023.

L-“Ewwel Ministru,” fir-Renju Unit huwa l-mexxej tal-gvern. Essenzjalment jagħmel l-istess xogħol ta’ Prim Ministru.

B’rebħa ta’ 51.7% -il vot is-Sibt, il-mexxej il-ġdid wegħed li se jkun qed jaħdem fuq l-iktar sfidi diffiċli li Wales qed taffaċja bħalissa, inkluż l-inflazzjoni, il-bdiewa, u s-sistemi tal-edukazzjoni u s-saħħa.

“Illum, indawwru paġna fil-ktieb tal-istorja ta’ pajjiżna,” Gething qal lill-partitarji Laburisti. “Illum, qed niktbu l-istorja flimkien. Mhux biss bl-unur li nkun l-ewwel mexxej iswed ta’ dan il-pajjiż, iżda ukoll ġenerazzjoni se tkun għamlet qabża wkoll.”

Mwieled fil-kolonja Brittanika taż-Żambja, Gething huwa iben veterinarju min-Nofsinhar ra’ Wales, u raħħala minn Lusaka, fiż-Żambja.

Il-ġenituri tiegħu mxew għal Wales meta Gething kellu biss sentejn. Ommu u missieru imbagħad imxew lejn l-ingilterra, wara li esperjenzaw razziżmu kbir.

More in Politika