Joey Reno Vella se jkun qed jieħu postu bħala t-tielet chairman eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.
Huwa se jkun qiegħed jieħu post Leonid McKay, li se jkun qiegħed imexxi l-aġenzija tal-Jobsplus bħala parti mir-riforma li bdiet minnmindu ġiet ippubblikata l-inkjesta pubblika ta’ Jean Paul Sofia.
L-Awtorità għandha l-għan li tirregola s-settur inkluż fost oħrajn il-liċenzjar ta’ assoċjazzjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tagħhom kif ukoll għandha rwol edukattiv importanti.
Joey Reno Vella huwa avukat li speċjalizza fil-qasam tal-liġi ċivili u kriminali kif ukoll fil-Qorti tal-familja.
Fil-karriera tiegħu, ħadem fuq l-abbozzar ta’ diversi riformi u leġiżlazzjoni, inkluża l-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis li wittiet it-triq għat-twaqqif tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Cannabis.
Minn dakinhar, Vella ilu jikkontribwixxi b’mod attiv għall-iżvilupp tal-ARUC, fejn serva bħala Segretarju tal-Bord u bħala Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità.
Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg waqt li awgurat lil Vella, irringrazzjat Leonid Mckay.
Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM, irraportat kif l-ARUC spiċċat bla mexxej, għat-tielet darba f'inqas minn sentejn.
Mariella Dimech telqet mill-kariga tagħha f’Novembru 2022, għaxar xhur biss wara li ġiet appuntata. McKay tmexxa għal JobsPlus wara sena.