Trump irid Gaza għall-Istati Uniti

Il-President Amerikan joħroġ b’ġennata oħra, u jitlob li 2 miljun Palestinjan jiġu espulsi minn Gaża

Il-President Donald Trump
Il-President Donald Trump

Trump ħareġ b’ġennata oħra, din id-darba li Gaza taqa taħt id-dominju Amerikan

Il-President Amerikan Donald Trump ippropona li Gaża taqa’ taħt kontrol ta’ l-Istati Uniti u li l-poplu Palestinjan jiġi espuls għall-pajjiżi bħal Eġittu u l-Jordan.

Hu qal li l-Istati Uniti għandha tieħu f’idejha l-kontroll ta’ Gaża.

Trump iddikkjara dan waqt li kien qed jiltaqa lill-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu fil-White House li qed jiġi akkużat f’qorti Internazzjonali

Trump qal li ż-żewġ miljun Palestinjan li hemm jgħixu f’Gaża għandhom jimxu f’pajjiżi oħra fil-viċinanzi bħall-Eġittu jew il-Ġordan waqt li l-Amerka tibda tibni mill-ġdid Gaża bħalha r-“Riviera tal-Lvant Nofsani”.

“L-Istati Uniti ser jieħdu f’idejhom l-istrippa ta’ Gaża, u ħa nagħmlu biċċa xogħol hemmhekk ukoll,” spjega f’konferenza tal-aħbarijiet.
Il-grupp politiku il-Hamas mill-ewwel wera li ma jaqbilx ma’ din l-idea. Sami Abu Zuhri, uffiċjal għoli tal-Ħamas, qal li jekk il-Palestinjani jkollhom jitilqu minn pajjiżhom ħa jinqala kjas u tensjoni fir-reġjun.

More in Politika