Dimostranti mlew Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, b’għajta waħda, dik ta’ “Malta Nadifa.”
Koalizzjoni ta’ 22 organizzazzjoni, immexxija minn Repubblika, marru bi ħġarhom fil-belt kapitali l-Ħamis filgħaxija bil-bnadar, sfafar, strixxi u ritratti tal-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia.
In-nies inġabbru fejn it-teatru l-imġarraf, u flimkien qabdu triqthom għal quddiem il-binja tal-Qorti, fejn hemm saru xi diskorsi.
Apparti l-NGOs, wieħed setgħa jinnota politikanti fosthom il-Partit ADPD, kandidati u MPs Nazzjonalisti, studenti, tfal u anke anzjani.
Ikantaw “għax aħna erba’ qtates, aħna magħqudin,” Occupy Justice, u Repubblika mexxew l-pubbliku bil-mod u għal ħabta tas-7pm, bdew id-diskorsi.
Jindirizza l-folla miġbura quddiem il-Qorti, il-President Onorarju Robert Aquilina fakkar fil-folla simili li “niżlet” lill-Joseph Muscat minn Prim Ministru fl-2019 wara ġimgħat ta’ protesti.
“Bħal ma għamilna fl-aħħar xahrejn tal-2019, inżilna fit-toroq illejla, u hekk se nibqgħu nagħmlu sakemm il-ġustizzja tirrenja,” Aquilina qal.
Jfakkar fit-talba ta’ Repubblika, sabiex tinfetah inkjesta maġistrali fil-konċessjoni tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet – l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Aquilina irringrazzja l-avukat u l-eks MP Nazzjonalista Jason Azzopardi, li “mingħajru ma konniex naslu hawn.” Azzopardi hu l-avukat tal-NGO Repubblika.
Aquilina wissa li minkejja l-inkjesta maġisterjali, u l-akkużi kontra uffiċċjali pubbliċi, kull pass se jġib miegħu riskji u ostakli.
L-eks preżentatur Norman Vella, li tkeċċija tiegħu minn TVM fl-2013 mix-xandir nazzjonali ġiet meqjusa politikament motivata din il-ġimgħa, ukoll tkellem fil-protesta.
Vella qal li l-protesta hija mod importanti kif jingħata l-appoġġ lil dawk li qed jiġġieldu għal ġustizzja waqt li jaqdu dmirhom lis-soċjetà.
Il-protesta qed iseħħ wara li fil-bidu tax-xahar ġiet konkluża l-Inkjesta Vitals, u numru ta’ persuni issa qed jiġu akkużati bi frodi, ħasil ta’ flus u koruzzjoni. Fost l-ismijiet, jidhru l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks Chief of Staff Keith Schembri.
L-organizzazzjoni fil-protesta huma: UĦM, Aditus, KSU, Occupy Justice, Vuċi Kollettiva, Fondazione Falcone, SOS Malta, Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, manueldealia.com, ICT Student’s Association, Medical Biochemistry Students Association, Media and Knowledge Science Association, jef Malta, SDM, PEN Malta and Moviment Graffitti.