Il-votanti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew sas-2pm tas-Sibt, kienet kważi 10% ogħla milli kienet fl-2019 bil-Kummissjoni Elettorali tirrapporta attendenza ta’ 42.6%.
Bl-istess mod, il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fis-2pm kienet ta’ 41.1%.
Madankollu, dawn iż-żewġ ċifri ġew ikkalkulati b’mod differenti mis-snin preċedenti.
Fil-fatt għall-ewwel darba, mingħajr ebda spjegazzjoni, fiċ-ċifra tagħha l-kummisjoni inkludiet l-votanti li pparteċipaw fl-elezzjonijiet bikrin.
Dan filwaqt li l-persentaġġ ma jinkludhiex fih il-votanti kollha eleġibbli fil-pajjiż u minflok iċ-ċifra ġiet ikalkulata fuq il-votanti eleġibbli li ġabru l-vot.
Iċ-ċifra sas-2pm, skont votanti eleġibbli, mingħajr dawk li marru jivvutaw fl-elezzjonijiet bikrin, fl-2019, kienet ta’ 32.3%.
Din iċ-ċifra kienet eqreb lejn il-parteċipazzjoni fl-elezzjoni tal-2014, milli ta’ din is-sena.
Hemm 332,967 votant eliġibbli wara li 37,000 votant jew 10% tal-elettorat għażlu li ma jiġbrux id-dokument tal-vot tagħhom sa nofs il-lejl tal-Ħamis.
Għalkemm mhux żgħir, in-numru ta’ voti mhux miġbura huwa simili għal ħames snin ilu, li kienet sorpriża peress li kien mistenni li jkun ferm ogħla minħabba l-informazzjoni konsistenti tal-votazzjoni li indikat rata ta’ astensjoni ogħla din is-sena.