

Idħol hawn biex iżomm ruħek infurmat dwar ir-riżultati tal-elezzjoni għas-sitt membri tal-Parlament Ewropew
Fis-sigħat li ġejjin, il-kaxxex jinfetħu, u l-voti jingħaddu. Malta, fis-sigħat li ġejjin ikollha sitt membri ġodda għall-Parlament Ewropew.
Is-sit ILLUM se jkun qed jirraporta dirett mis-sala tal-għadd tal-voti matul il-ġurnata kollha.
Segwi f’dan l-artiklu l-aħħar aġġornamenti.
Wara ġurnata twila, u ħidma bla waqfien, din il-blog se tiġi fi tmiem. Grazzi tas-sapport kontinwu tagħkom, u tal-ħin li qatajtu taqraw l-ILLUM. Il-lejl it-tajjeb għeżież!
Iċ-chairperson tal-ADPD ġiet eliminata fis-26 għadd bi 3,603 vot. Minn dawn, kien hemm 1,314 vot mhux trasferibbli filwaqt li 942 vot marru għal Arnold Cassola.
L-akbar rebbieħ mill-eliminazzjoni ta’ Norman Lowell kien, ironikament, Arnold Cassola. Aktar minn 1,300 vot marru għand Cassola. Madankollu, il-maġġoranza tal-voti ma kinux trasferibbli. It-tieni l-akbar rebbieħ mill-eliminazzjoni ta’ Lowell kienet Claudette Abela Baldacchino.
Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola irnexxielu jżid il-voti tiegħu bi kważi 10,000 wara l-ewwel għadd, iżda fl-aħħar mill-aħħar ġie eliminat fl-34 għadd. Il-voti tiegħu għenu biex jiġu eletti lil Peter Agius u David Casa – kien wara l-34 għadd li ġew eletti ż-żewġ MPE.
Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, l-MPE David casa ġab ir-raba siġġu. Dan minkejja li ma kienx mal-favoriti waħda l-ewwel għadd tal-voti. Filfatt ismu qed jidher fil-lista minflok dak tal-kandidat indipendenti Arnold Cassola.
Ma ninsewx fl-aħħar lil Peter Agius, li ġab it-tielet l-ogħla ammont ta’ voti. Huwa kien imsemmi fil-bidu, ma’ Metsola u Agius Saliba, fil-lista tal-favoriti fl-ewwel għadd. Dan ir-riżultat, pjuttost tajjeb, irċievih minkejja li mingħand Metsola rċieva inqas voti minn Casa.
Dawn huma l-voti li l-Membri Parlamentari Eletti Maltin ġabu, skont l-aħħar numru maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Roberta Metsola mhux talli kisret ir-rekord, b'aktar voti milli kien proġettat, talli hija l-unika mara eletta f'din l-elezzjoni.
Il-voti tat-tieni preferenza ta’ Agius Saliba marru primarjament għal Daniel Attard, kif kien mistennil. Claudette Abela Baldacchino kisbet 4,187 vot mingħand Agius Saliba, filwaqt li Clint Azzopardi Flores kiseb 4,018.
Abela Baldacchino tilfet it-tielet siġġu b’madwar 500 vot.
Metsola u Agius Saliba irċevew voti ogħla fl-ewwel għadd minn dak li kien qed jiġi pproġettat. Metsola rċeviet 87,473 vot fl-ewwel għadd u Alex Agius Saliba kiseb 63,899.
Kif kien mistenni, David Casa kiseb 23,087 vot minn Metsola, u Peter Agius 11,633. David Agius irċieva 7,014 filwaqt li Arnold Cassola irċieva 2,490.
Peter Agius ilu snin jipprova jieħu siġġu minkejja li ilu s-snin jaħdem diġà bħala avukat tal-Parlament Ewropew. Din hi s-sena għal Agius, hekk kif il-Kummissjoni Elettorali tikkonferma li ġie elett.
Agius ħadem fl-aħħar snin fuq numru ta’ sfidi soċjali, bl-iktar waħda riċenti tkun f’Ħal Farruġ.
Il-Membru Parlamentari David Casa jidher li huwa il-ħames membru kkonfermat, u t-tieni għall-Partit Nazzjonalista.
Din hija l-ħames darba ta’ Casa fi Brussell, bl-aħħar ħames snin tiegħu jkunu kkaratterizzati b’ħidma assoluta fuq is-saltna tad-dritt.
Ir-riżultat finali se jkun ippublikat fil-11pm, iżda min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, l-indikazzjonijiet kollha jippuntaw lejn Casa u Agius.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron xolla l-parlament tal-pajjiż u sejjaħ elezzjoni bikrija wara li exit poll wera li l-partit tiegħu se jiġi megħlub mill-oppożizzjoni tal-lemin estrem fl-elezzjonijiet parlamentari Ewropej nhar il-Ħadd. L-exit polls juru li l-partit tal-lemin estrem National Rally (RN) ħareġ minn fuq b’31.5% tal-voti, aktar mid-doppju tas-sehem tal-partit Rinaxximentali ta’ Macron, li nqala’ fit-tieni post bi 15.1%.
Is-Sala tal-Għadd tal-voti qed tisplodi bl-għajjat hekk kif il-Partit Laburista jikkonferma l-ewwel membri eletti tiegħu. Il-Membru Parlamentari Alex Agius Saliba jerġa’ jitla’ għat-tieni darba, u kolleggi Laburisti jingħaqdu miegħu sa issa hemm Daniel Attard u Thomas Bajada
Il-Partit Nazzjonalista għadu fuq ix-xwiek, jistenna r-riżultati uffiċjali, minkejja indikazzjonijiet li l-PN ġab lura t-tielet siġġu li tileb fl-2019.
Daniel Attard huwa t-tielet kandidat tal-Partit Laburista li rebaħ siġġu fil-Parlament Ewropew.
Thomas Bajada huwa it-tielet Membru Parlamentari Ewropej. Żagħżugħ, minn Għawdex, familjari ma' Brussell imma wiċċ ġdid fl-isfera politika.
It-tieni Membru Parlamentari Ewropej ikkonfermat huwa Alex Agius Saliba. Fil-mumenti li ġejjin inkunu nafu min huma l-erba' membri l-oħra.
Il-President tal-Parlament Ewropew tikser ir-rekord ta' voti li kandidat ewropew qatt ġab fl-istorja ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Kien Simon Busuttil fl-2009 li kellu l-akbar ammont ta' voti fl-istorja, b'68,782 vot. Miriam Dalli fl-2019 kważi laħqitu, b'68,438 vot. L-ewwel indikazzjoni hi li Roberta Metsola ġabet madwar 81,000.
Bl-ewwel għadd tal-voti issa mitmum, l-unika żewġ kandidati li jistgħu jserħu rashom li għandhom siġġu huma Roberta Metsola u Alex Agius Saliba.
L-erbgħa kandidati favoriti fl-ewwel għadd huma Arnold Cassola, Daniel Attard, Thomas Bajada u Steve Ellul
Kollox għadu fiċ-ċans li jinbidel. Bil-wirt tal-voti, u l-għadd li jmiss, kollox jaf jinbidel.
Louis Gatt, il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista, jipprovdi dawn il-figuri hekk kif l-ewwel għadd tal-voti jasal kważi fi tmiem.
Roberta Metsola: 81,130
Alex Agius Saliba: 58,316
Arnold Cassola: 12,884
Daniel Attard: 10,634
Thomas Bajada: 9,601
Steve Ellul: 8,670
Peter Agius: 8,640
Claudette Abela Baldacchino: 8,284
Baqa inqas minn 5% tal-voti, u l-Partit Nazzjonalista qed jirrevedi ċ-ċifra tad-distakk. Issa qed jgħid li d-distakk huwa madwar 7,000.
Sorsi qrib tal-PN qed jgħidu wkoll li Roberta Metsola ġabet madwar 90,000 vot.
Sorsi taw indikazzjoni ta’ fejn setgħu marru l-voti ta’ Metsola issa li ġie kkonfermat li qabżet il-kwota.
David Casa huwa dak li x’aktars ħa l-aktar voti, warajh ħa Peter Agius u David Agius
Arnold Cassola x’aktarx ukoll missu sehmu, filwaqt li l-kandidati Louis Anne Pulis, Lee Bartolo u Miriana Testaferrata de Noto, kważi ma ħadu xejn.
F’dan il-punt jidher ċar li Metsola u Agius Saliba se jkunu eletti fil-Parlament Ewropew, bit-tnejn li huma jilħqu l-kwota.
Fadal ftit voti x’jgħoddu, l-aktar fit-13-il distrett. Il-mistoqsija issa se tkun min se jiggwadanja mill-voti trasferibbli ta’ Metsola u Agius Saliba