AĠĠORNAT | PL iżomm Valletta, PN jirbaħ San Pawl il-Baħar, u Sandra Gauci fl-aħħar eletta

Ara hawn l-andamenti fil-lokalitajiet u min ġie elett

L-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali jibda’ illum fl-4pm fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Il-proċess jara l-bidu tiegħu illum, u it-tmiem il-Ġimgħa filgħaxija.

Il-Kummissjoni Elettorali qalet il-Ħadd filgħodu li t-turnout għal dawn l-elezzjonijiet kien ta’ 59.4% ta’ votanti reġistrati.

Ir-riżultati tal-għadd tal-voti tal-ewwel 23 lokalità

Birżebbuġa 

Mejda: 1 | Kaxxi: 14-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 9,052 | Turn out 57.02%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Scott Camilleri (Sindku), Josette Busuttil (Viċi Sindku), Alexander Caruana, Maria Mifsud, Ivan Abela Grech, Rohasia Zammit. Partit Nazzjonalista: Johann Borg, Karel Zahra, Darren Mark Debono 

San Ġiljan

Mejda: 2 | Kaxxi: 14-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 13,414 | Turn out 57.02%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Guido Dalli, Rita Dimech Portelli, Sean Gauci, Gabriel Carl Borg Ferrando, Victor Vella, Patricia Camilleri. Partit Laburista: Mario Amaira, David Caruana. 

Ħal Tarxien

Mejda: 3 | Kaxxi: 13-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 7,849 | Turn out 66.53%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Joseph Abela Galea, Darlene Vella, Dasier D’Amato, Nicole Farrugia, Neil Portelli. Partit Nazzjonalista: Glenn Gerald Urry, Anabelle Marmarà.

L-Iklin

Mejda: 3 | Kaxxi: 6 kaxxi | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 2,981 | Turn out 62.86%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Dorian Sciberras, Yvonne Bartolo, Mary Grace Gusman. Partit Laburista: Mario Fenech, Matthew Fenech.

Iż-Żurrieq

Mejda: 4 | Kaxxi: 18 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 10,685 | Turn out 69.35%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Rita Grima, Natius Farrugia, Marisa D’Amato, Kenneth Farrugia, Jeremy Coleiro, Daniel-Michael Muscat. Partit Nazzjonalista: Kyle Mifsud, Dino Bonnici, Marylyn Sammut. 

San Pawl il-Baħar

Mejda: 5 | Kaxxi: 26-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 28,519 | Turn out 28.57%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Vince Galea, Chris Vella Petroni, Alexander Agius, Anne Marie Fenech, Rachel Antionette Williams, Antoinette Bezzina, Sandra Smart Costantino. Partit Laburista: Alfred Grima, Daryl Connor, Alan Bugeja, Joseph Matthew Attard, Clevlon Micallef. AD+PD: Sandra Gauci 

Ta’ Xbiex

Mejda: 6 | Kaxxi: 3 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 2,079 | Turn out 45.41%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Max Zammit, Sarah Borg, Ronnie Portelli. Partit Nazzjonalista: Louise Cachia Castelletti, Eugenio Muscat.

Pembroke

Mejda: 6 | Kaxxi: 6 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 3,168 | Turn out 57.35%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Kaylon Zammit, Adrian Ellul, Raymond Lanzon. Partit Nazzjonalista: Therise Abela, Charles Cesare.

Santa Venera

Mejda: 7 | Kaxxi: 12-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 6,826 | Turn out 62.03%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Gianluca Falzon, Stephen Sultana, Darren Grech, Silvio Vella. Partit Nazzjonalista: Karl Carabott, Joseph Vella, Roberta Adriana Sultana.

Għajnsielem

Mejda: 7 | Kaxxi: 6 kaxxi | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 3,684 | Turn out 58.36%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Kevin Cauchi, Joseph Debono, Stephen Mercieca, Teddy Saliba. Partit Laburista: Larry Buttigieg.

Il-Mellieħa

Mejda: 8 | Kaxxi: 16-il kaxxa | Maġġoranza: Ħadd | Voti eleġibbli: 12,738 | Turn out: 46.80%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Gabriel Micallef, Corinne Castillo, Emvin Bartolo, Loridana Darmanin. Partit Laburista: John Buttigieg, Rebecca Bartolo Cutajar, Kurt Buttigieg, Jude Cauchi. Indipendeti: Matthew Borg Cuschieri.

Iż-Żejtun

Mejda: 9 | Kaxxi: 17-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 10,580 | Turn out: 70.63%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Joan Agius, Raymond Caruana, Christian Attard, Anthony Aquilina, Christian attard, Anthony Aquilina, Dorcas Camilleri, Ivan Giardina, Luke Doublet. Partit Nazzjonalista: Enya Abela, Roderick Caruana.

L-Imqabba

Mejda: 9 | Kaxxi: 5 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 3,033 | Turn out: 70.33%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Marie Grace Zerafa, Jonathan Dingli, Patrick Ghigo. Partit Nazzjonalista: Noel Galea, Owen Sciberras.

Il-Qrendi

Mejda: 10 | Kaxxi: 5 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 2,683 | Turn out: 68.36%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: David Michael Schembri, Anthea Sacco, Marion Parnis. Partit Nazzjonalista: Karmenu Farrugia, Nina Skye Briffa.

Il-Belt Valletta

Mejda: 10 | Kaxxi: 11-il kaxxa | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 5,303 | Turn out: 58.97%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Olaf Mc Kay, Alfred Zammit, Raymond Azzopardi, Daniel Diacono. Partit Nazzjonalista: Ylenia Montfort, Roberta Bonello, Vincent Fabri.

Ħaż-Żebbuġ

Mejda: 11 | Kaxxi: 20 kaxxa | Maġġoranza: Ħadd | Voti eleġibbli: 11,615| Turn out: 66.88%

Kandidati Eletti | Indipendenti: Steve Zammit Lupi, Lilibeth Zammit Lupi. Partit Laburista: Joseph Agius, Godwin Grech, Ayrton Mizzi, Paul Baldacchino. Partit Nazzjonalista: Mario Attard, Paul Mazzola, George Cortis.

Nadur

Mejda: 11 | Kaxxi: 8 kaxxi | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 4,552 | Turn out: 65.51%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Rebecca Vella, Corey Cardona. Partit Nazzjonalista: Edward Said, Kevin Curmi, Eucharist Camilleri.

Marsa

Mejda: 12 | Kaxxi: 8 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 3,734 | Turn out: 65%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Luke Farrugia, Josef Azzopardi, Joseph Scerri, Dominic Spencer, Joseph Cachia, Anthony Meilak. Partit Nazzjonalista: Gloria Aquilina.

Il-Fontana

Mejda: 12 | Kaxxi: 8 kaxxi | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 936| Turn out: 72.54%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Thomas Mizzi, Ivan Mizzi, Joseph Mercieca. Partit Laburista: Horace Micallef, Carmelo Micallef.

Ħal Balzan

Mejda: 12 | Kaxxi: 7 kaxxi | Maġġoranza: Partit Nazzjonalista | Voti eleġibbli: 936 | Turn out: 60.38%

Kandidati Eletti | Partit Nazzjonalista: Angelo Micallef, Edward Grech, Annalise Galea, Mary Louise. Partit Laburista: Oliver Nicholas De Gaetano.

Ħad-Dingli

Mejda: 13 | Kaxxi: 6 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 3,399 | Turn out: 74.23%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Raymond Schembri, Miguel Abela, Ryan Tanti. Partit Nazzjonalista: Jean Paul Barbara, Jean-Toin Magri.

Għasri

Mejda: 13 | Kaxxi: Kaxxa | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 593 | Turn out: 63.58%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Daniel Attard, Sammy Saliba, Elizabeth Mintoff. Partit Nazzjonalista: Emanuel Mintoff, David Felice Pace.

Xewkija

Mejda: 13 | Kaxxi: 6 kaxxi | Maġġoranza: Partit Laburista | Voti eleġibbli: 593 | Turn out: 67.35%

Kandidati Eletti | Partit Laburista: Simona Refalo, Paul Azzopardi, George Zammit. Partit Nazzjonalista: Josef Charles Hili, Jeanelle Attard.

Lejn xix qed inħarsu

  • X'qed jistennew il-PNPL?

Hemm 471 siġġu fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, f'67 lokalità (53 f'Malta, 14 f'Għawdex).

L-istorja politika Maltija dejjem rat lill-Partit Laburista jiddomina dawn l-lezzjonijiet, bil-Partit Nazzjonalista jsofri l-agħar riżutat tiegħu fl-2019 meta d-distakk kien miss is-47,000 vot.

Għaldaqstant, din is-sena il-Partit Nazzjonalista qed jittama li jkompli bis-suċċess li għamel fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, u anke jekk ma jirbaħx il-maġġoranza, għalinqas jirkuppra ftit mill-lokalitajiet li qabel kienu fortizzi fi ħdanu. Min-naħa l-oħra, b'mod naturali, il-Partit Laburista jittama li l-episodju tal-Ħadd ma jirrepethiex ruħu.

Intant, il-kurżità u l-attenzjoni se tiddomina fis-Siġġiewi f'din l-elezzjoni. Ir-raħal kwiet fil-punent ta' Malta, fortizza Nazzjonalista ra ftit azzjoni mhux ħażin din is-sena, bil-każ, hekk meqjus mill-Qorti, bħala "frodi elettorali."

Fil-fatt is-Siġġiewi kawża ta' dan il-każ, kellu  l-akbar numru ta’ dokumenti tal-votazzjoni li nżammu milli jingħata mill-Qorti, 99 b'kollox, skont il-Gazzetta tal-Gvern.

Tradizzjonalment blu, is-Siġġiewi kien intilef mill-PN u mar għand il-Partit Laburista fl-2019, b'differenza ta' 70 vot biss.

  • L-Indipendenti fit-tellieqa

Fl-elezzjoni tal-2019 rajna kandidati indipendenti, bħala Steve Żammit Lupi f'Ħaż-Żebbuġ, jagħmlu suċċess. Bejn l-għajdut ta' apatija, bejn is-suċċess li l-insipendenti kellhom fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, bla ma trid din id-darba titfa' ħarstek lura fuhom ukoll.

Fost l-ismijiet li jleqqu hemm dak ta' Conrad Borg Manche, l-eks Sindku Laburista li wara battalja ambjentali fil-lokalità tal-Gżira reħa l-aħmar minn idejh u qabad triqtu waħdu.

Borg Manche kien it-tieni l-aktar kandidat indipendenti popolari mal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej, b'5,936 vot fl-ewwel għadd biss.

F'Ħaż-Żebbuġ, Steve Żammit Lupi qed jikkompeti ma' żewġ kandidati indipendenti oħra, inkluż ommu Lilibeth.

F'Birkirkara insibu lil Kaylocke Buhagiar, li sal-2019 kien joħroġ mal-Partit Laburista. Din is-sena flimkien ma' Salvu Borg, li kien is-Sindku Nazzjonalista ħames snin ilu, Buhagiar se jkun qed jikkompeti għal siġġu b'mod indipendenti.

  • Turn out baxx

It-turn out baxx fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kważi kważi drajnih, imma din is-sena reġa' niżel minn 62.63% fl-2019 għal 59.47% din is-sena.

L-inqas turnout kien f’San Ġiljan, fejn 26% biss tal-votanti ħarġu jivvutaw. Dan kien segwiet minn San Pawl il-Baħar u Sliema, b’28% joħorġu jivvotaw.

Kerċem u Ħad-Dingli kienu l-aktar attivi f’din l-elezzjoni, b’74% ta’ turnout, fil-waqt li Santa Luċija segwiet b’73%.

More in Politika