Il-Konsulent tal-Politika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Aleander Balzan, irriżenja mil-irwol tiegħu l-Ħamis filgħodu.
Qabel ma ħa kariga ta’ politika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Balzan kien ġurnalist fl-istazzjon televiżiv Laburista One, kif ukoll fil-gazzetti tal-GWU. Ftit wara li rritorna ma’ One bħala l-kap tal-aħbarijiet, Balzan sar kap tal-komunikazzjoni fil-Partit Laburista. .
Balzan li kkonferma mal-gazzetta oħt, MaltaToday, r-riżenja tiegħu ċaħad li kellu xi diżgwid fi ħdan is-segretarjat tal-OPM.
Qal li kien il-privileġġ kbir tiegħu li ħadem fil-qalba tas-segretarjat ta’ Robert Abela u li jiffaċċja “l-akbar sfidi u jegħlebhom waħda wara l-oħra.”
Balzan qal li se jkun qed jiddedika aktar ħin ġewwa l-Partit Laburista bħala attivist.