Pjazza l-Assedju ta’ Għawdex fir-Rabat ġiet immarkata għall-iżvilupp ta' parkeġġ taħt l-art b'erba' livelli, b'livell kummerċjali fuqha u ġnien fuq il-bejt.
L-iżvilupp qed jiġi propost f'applikazzjoni għall-ippjanar mressqa mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex.
Il-livell kummerċjali huwa maħsub li jinkludi ħwienet, stabbilimenti tal-ikel, swali għall-wirjiet, u faċilitajiet edukattivi.
Fil-pjazza, li bħalissa tintuża bħala parkeġġ, kienet diġà rat proposta għal parkeġġ simili taħt l-art tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Għawdex, li se jkun relokat kawża ta’ problemi strutturali u ta’ aċċessibilità.
Il-Qorti ġiet proposta l-ewwel darba għal dan is-sit f'applikazzjoni mressqa taħt amministrazzjoni mmexxija mill-PN fl-2008.
Il-permess għall-kostruzzjoni tal-Qorti fuq l-istess sit ġie maħruġ fl-aħħar tal-2016 u ġie aġġornat għall-aħħar darba f'Ġunju. Madankollu, il-gvern minn dakinhar biddel fehmtu dwar il-post tal-Qorti, u fl-2022 saret Konsultazzjoni Preliminari fis-Suq għall-bini ta’ Qorti ġdida f’Għawdex.
Fil-manifest elettorali tiegħu, il-Partit Laburista wiegħed li jsib sit ġdid għall-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Għawdex.