LIVE: Il-Partit Laburista fuq ix-xwiek jistenna r-riżultat tal-elezzjoni interna
Il-Partit Laburista qed jistenna r-riżultat tal-elezzjoni interna li qed iseħħ propju llum is-Sibt • 95.1% tal-votanti reġistrati jitfgħu l-vot tagħhom
More in Politika
Georvin Bugeja, il-kandidat l-ieħor għal dan l-irwol, ġab 42.4%.
Il-Prim Ministru Robert Abela awgura lil Ian Borg u Alex Agius Saliba li ġew eletti bħala Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista.
“Inħares ’il quddiem li flimkien ma’ team b’saħħtu ta’ nies b’esperjenza u oħrajn ġodda, inkomplu niġġeddu,” Abela qal qabel ma fakkar fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali għada fil-Ħamrun. Marianna Calleja
Alex Agius Saliba bena fuq l-argument ta’ Borg, u enfasizza l-bżonn li l-partit ikompli jiġġedded u jisaħħaħ “mhux biss biex il-Partit Laburista jkun lest għal elezzjoni li ġejja, imma biex nisimgħu il-messaġġ li tawna fl-aħħar elezzjoni.”
Huwa fakkar fil-faxxa ta’ nies li qed jiddistintaw ruħhom mil-partiti l-kbar u semma illi għandu jkun ta’ prijorità tal-partit li jiġbed propju din il-faxxa. Marianna Calleja
Fl-ewwel kummenti tiegħu lill-midja, bħala d-Deputat Prim Ministru ġdid tal-pajjiż, Ian Borg sejjaħ din l-elezzjoni interna bħala “tiġdid importanti.”
“Flimkien se nkomplu nagħtu l-aħjar politika, bħal ma għamilna fl-aħħar 11-il sena,” Borg qal.
Żied jgħid li se jaħdem bis-sħiħ, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, biex “itejjeb” il-politika “diġà b’saħħitha.” “Il-Partit Laburista jibqa’ l-akbar forza politika f’Malta,” qal Borg qabel ma rringrazzja lid-delegati għal fiduċja tagħhom. Marianna Calleja