Robert Abela jgħid li ‘ħa jħallsu bil-qares’ għall-‘agħar attakk fuq il-ġudikatura’

Mingħajr ma semmieh b’ismu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-avukat Jason Azzopardi ħa jpatti għall-‘gideb tiegħu’ • Abela jgħid ukoll li għandu evidenza ta’ persuna li ‘jużaw l-inkjesti għall-gwadann personali'

(Ritratt: Il-Partit Laburista/Facebook)
(Ritratt: Il-Partit Laburista/Facebook)

Il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela wissa lill-avukat Jason Azzopardi li “ħa jħallas” għal dik li hi, skont Abela, “gidba oħra faħxija u sfaċċata”.

Abela kien qed jindirizza grupp ta’ partitarji nhar il-Ħadd li għadda meta rrefera għall-appell li fetaħ Azzopardi l-ġimgħa l-oħra.

Fl-appell miktub tiegħu, Azzopardi qal li l-ordni li ċaħdet it-talba tiegħu għal inkjesta maġisterjali ma nħarġitx mill-istess maġistrat li kien inkarigat biex jieħu ħsieb dawn it-talbiet. L-avukat talab ukoll għal investigazzjoni fuq il-proċess tat-tiċħid tal-appelli.

L-appell għandu jinstema’ nhar t-Tnejn fin-nofsinhar. Abela akkuża lil Azzopardi li qed jipprova jintimida lill-ġudikatura is-seduta tal-appell, fejn qal li l-azzjoni ta’ Azzopardi kienet “l-agħar attakk li qatt sar fuq il-ġudikatura”.

“Ħa tħallsu għaliha bil-qares,” wissa Abela mingħajr ma semma l-ebda ismijiet.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar “is-suppost paladini tas-saltna tad-dritt,” dwar “min jgħid li jirrappreżenta s-soċjeta ċivili tal-ġustizzja”, u min juża “l-inkjesti biex jirrikatta, biex jhedded, u biex jiggwadanja kemm jiflaħ personalment minnhom.”

Waqt li beda jirreferi għall-istess grupp ta’ nies, Abela qal “għandhom ħafna u ħafna minn xiex jibżgħu, u meta jasal il-waqt, noħorġu l-provi kollha... li juru kemm intom ipokriti.”

Abela appella lill-membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li, skontu, jinstabu skomdi bil-bużulotti tal-kollegi tagħhom.

Waqt l-istess avveniment, il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-kritika li għamel il-PN, partikolarment Karol Aquilina, dwar l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

L-avveniment serva bħala kommemorazzjoni tat-12-il sena minn meta l-Partit Laburista ġie elett fil-gvern.

Waqt li beda jfaħħar is-suċċessi tal-amministrazzjoni tiegħu, Abela għamel kuntratt bejn il-politiki ekonomiċi tal-Partit Laburista u dawk tal-PN meta kien kap Lawrence Gonzi.

Abela tefa’ botta dwar id-dejn tal-PN u qal ukoll li “GonziPN reġa’ lura,” hekk kif għamel referenza għas-segretarju ġenerali l-ġdid tal-PN, Charles Bonello. Bonello, li kien is-segretarju privat ta’ Gonzi, kien l-unika wieħed li kkuntesta l-kariga wara li tnejn oħra rtiraw in-nomina tagħhom.

Il-Prim Ministru għamel paragun ta’ Malta ma’ nazzjonijiet Ewropej oħrajn li minflok ma jużaw fondi nazzjonali fuq affarijiet soċjali, qed jużawhom biex isaħħu d-difiża.

Il-kap tal-PL qal li l-prijoritajiet tal-pajjiż għandhom ikunu l-politika soċjali u li gvern soċjali qatt mhu se jagħżel jonfoq fuq id-difiża minflok fuq il-politika soċjali.

Ftit tal-jiem ilu, Abela vvota favur il-programm tal-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-fondi għat-tisħiħ tad-difiża Ewropea. Qal ukoll li Malta mhux ħa tissellef ċenteżmu li hu ċenteżmu għall-armamenti.

More in Politika