Il-qorti issentenzjat tnejn min-nies biex iħallsu €1500 kull wieħed talli nasbu illegalment. Skont CABS in-nassaba ġew iffilmjati mill-voluntiera tal-CABS fi tmiem ta' Diċembru li għadda meta dawn kienu qed jippruvaw jaqbdu venewwa qrib Fomm ir-Riħ. Ir-ritratt juri l-evidenza li ġiet prodotta fil-qorti li turi raġel li f'idejh għandu Venewwa li hi tajra protetta.
F'każ ieħor il-qorti immultat kaċċatur minn Ta' Santi li nstab ħati li kkaċċja barra l-istaġun fl-1 ta' Meju li għaddha. Hu kien immultat €1000. Anke f'dan il-każ l-evidenza kienet prodotta mill-CABS.