“Id-daqqa ma qlajthiex waħdi iżda qlajnieha bħala Korp”

L-attakk fuq il-kuntistabbli David Bezzina minn Somalu

Kmieni l-Ħamis filgħodu, il-Kuntistabbli David Bezzina kien qed jaqdi dmirijietu fl-Għassa tal-Marsa meta ħabta u sabta daħal immigrant Somalu li fi ftit ħin spiċċa aggredieh. Din il-gazzetta tkellmet ma’ David Bezzina l-għada tal-inċident fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fejn fil-preżenza tal-Ispettur Graziella Muscat irrakkonta magħna x’ġara l-Ħamis bil-lejl.

“Kont l-għassa xogħol normal bix-xift ta’ bil-lejl meta xis-sagħtejn ta’ filgħodu ħabbat il-bieb persuna, ftaħtlu, u f’idejh kellu xi karti li ried jagħtihom lis-surġent tiegħi. Infurmajtu li dak il-ħin ma kienx xogħol u li jekk irid seta’ jħallihom miegħi u ngħaddihomlu jien peress li l-għada kien se jkun xogħol.”

Bezzina qal li dak il-ħin inzerta kien waħdu peress li l-kollega tiegħu kien fuq xogħol band’oħra. “Infurmajtu li aktar minn hekk ma stajtx ngħinu u beda jirrabja. Beda jitkellem bil-lingwa tiegħu u infurmajtu li jekk ma xtaqx iħalli d-dokumenti miegħi seta’ jitlaq. Kien hawnhekk li beda jfajjarli d-daqqiet.”

Il-kuntistabbli qal li prova jikkalma s-sitwazzjoni iżda l-aggressur baqa’ jxejjer id-daqqiet “Ċempilt 112 kif stajt waqt li fl-istess ħin bdejt nipprova niddefendi lili nnifsi. Fi ftit ħin waslu l-kollegi tal-RIU u anke l-kollegi tad-distrett li arrestawh minnufih.” 

 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Qrati u Pulizija