(FILMAT) Pulizija jarmi anzjan mal-art u jagħtih bil-ħarta

Vjolenza ta' pulizija ma' anzjan bla dar 

Video meħud minn persuna li kien qed jara kollox tpoġġa fuq l-internet fejn eluf kbar qed ikomplu jdawruh. Pulizija fi Florida mar fuq anzjan li m'għandux dar u talbu biex iqum minn fuq il-bank fejn kien mimdud. Il-pulizija ħadu miegħu lejn il-karrozza u filwaqt li libes ingwanti ċelesti.

Hawnhekk il-pulizija jidher jimboptta lir-raġel minn rasu u jitfgħu fl-art. Meta l-anzjan waqa jinstema jgħid mlil pulizija, "f...k you" u l-pulizija jinstema jgħidlu x'se jiġrilu talli qallu hekk. Sadattant dan talbu biex jaqdi d-dmirijiet naturali tiegħu li l-pulizija innegalu li jagħmel dan, filwaqt li qallu biex iqum bil-wieqfa. Ir-raġel ma riedx jqum u xejjer idejh, bil-pulizija jsib l-iskuża u jagħġti daqqa ta' ħarta b'saħħitha fuq wiċċ l-anzjan, filwaqt li beda jkellmu b'mod vulgari u mmanettjah. 

Il-pulizija ġie sospiż bil-ħlas sa ma jiġi investigat

 

 

 

More in Qrati u Pulizija