Daphne Caruana Galizia sarilha sekwestru fuq il-kontijiet tal-bank tagħha għas-somma ta' €45,115 mid-dipartiment tat-taxxi. DCG qed tikkontesta bil-Qorti 'tax assessment' ta' €101,194 f'arretrati tal-VAT. Din l-ordni ħarġet fit-3 ta' Frar 2015 mill-kummissarju tat-taxxa. Id-dipartiment qed isostni li l-blogger nazzjonalista ma tatx ir-ritorn tat-taxxa f'dawn l-aħħar snin.
Daphne Caruana Galizia intalbet tħallas lid-Dipartiment tal-VAT €101,194 wara awditu tat-taxxa li sar fuq l-introjtu tagħha mill-2004 sal-2012 ipproduċa stima ta' €562,191 f'bejgħ mhux dikjarat mill-produzzjoni tal-magazines mill-Istandard Publications fost sorsi ta' introjtu.
L-opinjonista qed taffaċċja 'tax assessments' fuq dikjarazzjonijiet ta' introjtu u VAT.
Fil-Qorti ġie ppruvat li kellha dipożiti ta' 'l fuq minn miljun ewro (€1,013,883) fil-kontijiet bankarji tagħha f'dawn l-aħħar 10 snin, li minnhom ittieħdu €320,000 bħala stima tat-awditjar tat-taxxa għas-snin 2004-2007.
Id-dipartiment tal-VAT stima li l-eċċess fid-depożiti li jeskludu l-VAT jammonta għal €562,191 u qed jitlob lill-blogger ta' The Malta Independent li tħallas 18% mis-somma.