It-testijiet tad-demm urew li s-sewwieq tal-kraxx fatali ta' lejlet l-ewwel tas-sena kien il fuq minn dak li hemm indikat bil-liġi. Dawn qaluh it-tobba li ttestjaw lil Tanti li jinsab akkużat bi qtil involontarju u li saq fis-sakra. Dan l-aċċident wassal għal mewt tal-istudent tal-liġi, ż-żagħżugħ Matthew Meilaq fejn issa ġie konfermat li s-sewwieq kien legalment fis-sakra.
It-Tabib Michael Refalo li kien xogħol dak il-ħin fl-Isptar f'Għawdex qal li Terence Tanti ta' 22 sena instablu alkoħol fid-demm ta' livell ta' 1150mg/l meta l-limitu legali hu ta' 800mg/l. Il-każ ġara meta s-sewwieq baqa dieħel f'arblu tad-dawl fit-triq lejn ir-Rabat minn party fin-Nadur.
It-tabib Kurunat Attard li kien xogħol fl-isptar ġenerali t'Għawdex qal li dak il-lejl hu mar fuq il-post tal-inċident fejn fix-xena kien hemm karrozza mfarrka u persuna li hu ċċertfika mejjet ħdejn il-karrozza.
Dr Bridget Ellul li gġamlet l-awtopsja qalet li l-kawża tal-mewt kienet daqqa kbira f'rasu, moħħ imċarrat u 'aorta' mċarrta. Dr Refalo qal li wieħed minn dawk li weġġa kellu ksur f'idu l-leminija u fil-kustilji u pelvi miksura. Kellu wkoll pulmun imtaqqab u tiċrita fil-bladder,
Sadattant rappreżentatnt tal-ENEMALTA poġġa kont fil-kamra tal-qorti ta' €1,196, li hu tal-ħsara kawżata lill-arblu tad-dawl.