Żagħżugħ ta' ħmistax -il sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li allegatament intlaqat minn xi logħob tan-nar illum għall-ħabta ta' 1220hrs fi Triq il-Kbira, Ħal Balzan.
Il-ġuvni, li joqgħod Ħal Balzan stess, kien qiegħed fuq il-bejt ta' każin meta sofra l-ġrieħi. Huwa ġie meħud immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura medika għalll-ħruq (fil-wiċċ) li sofra. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta' natura gravi.
Il-Pulizija mill-Għassa ta' Birkirkara qegħdin jinvestigaw dan il-każ.