William Said pulizija ta’ 51 sena min-Nadur qaleb għall-aħjar wara li ftit tal-ħin ilu kien iċċertfikat li kien jinsab f’periklu tal-mewt.
Dan ġara wara li William Said kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, Għawdex, ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija meta għal xi raġuni seħħet kollużżjoni bejn vettura tat-tip Daihatsu Terios li kienet misjuqa minn William Said u xarabank misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Qala. Jidher li meta seħħ l-impatt il-vetturi kienu qegħdin jinstaqu f’direzzjoni opposta.