Suda kellu jirtira mill-produzzjoni 'Faith, Hope and Charity

Jgħid li jiddispjaċih għal l-mod sensazzjonali kif il-media rrapurtaw u trattaw l-incident tiegħu

John Suda wara li ttella l-qorti fejn hu akkużat li mixli li wettaq vjolenza fuq il-pudur ta’ tfajla ta’ 22 meta talabha tneħħi ħwejjiġa u tmiss il-parti tiegħu b'għajnejha magħluqa biex tħossha komda f'parti minn xena, ħassu mweġġa għal-mod sensazzjonali kif il-media rrapurtaw u trattaw l-incident,

Fuq facebook kiteb hekk:-  "Minhabba l-mod sensazzjonali kif il-media rrapurtaw u trattaw l-incident, li llum wara nofsinhar,wassalni l-qorti, kontra qalbi u bi swied il-qalb, hassejt li, BIEX ma nippregudikax il-Produzzjoni, id-Direttur, il-kast, u lil dawk kollha nvoluti f'Faith, Hope and Charity, hassejt li kelli navza lill-Producers li ma nistax niehu sehem u ninterpreta l-parti li ghaliha, sahansitra, nehhejt id-daqna. 
Fil-waqt li nawgura s-success misthoqq lil din il-produzzjoni KBIRA u spettakolari u "break a leg" genwin lil shabi l-Atturi, nirringrazzja lil dawk KOLLHA li b'xi mod urew solidarjeta'. 
Huma f'mumenti Bhal dawn li taghraf min huma l-veri hbieb."

More in Qrati u Pulizija