Nies li kienu għaddejjin minn quddiem il-Kummissjoni Għolja Ingliża f'ta' Xbiex nhar il-Ġimgħa fil-11 ta' bil-lejl irrapurtaw li kien hemm raġel Afrikan li neża l-qalziet u beda jimmasturba quddiem kulħadd. Meta waslu l-pulizija sabuh għadu għadej u li r-raġel kien fis-sakra.
Yassin Hassan Ali, deher kalm quddiem il-qorti u ammetta l-akkużi kontrih. Il-Maġistrat Gabriella Vella qalet li billi dan l-att hu kontravenzjoni setgħet biss tagħtih multa minn €6.99 sa' €58. Ir-raġel inżamm arrestat għax m'għandux inidirizz fiss u joqgħod fl-open centre ta' Ħal Far. Għalhekk immultat lir-raġel €20 u ammonietu biex ma jerġax.