(RITRATT GRAFIKU) Għajn għal Għajn: Il-ġustizzja fl-Iran
Żagħżugħ ta' 27 sena qalgħulu għajnejh fil-pubbliku
More in Qrati u Pulizija
Żagħżugħ ta' 27 sena qalgħulu għajnejh fil-pubbliku
Il-Qorti Iranjana ssentenzjat żagħżugħ ta' 27 sena li jaqilgħulu għajnejh wara li weġġa għajnejn ta' ħaddieħor. U dawn mhux l-ISIS iżda l-Qorti uffiċjali tall-Iran.
Din is-sentenza ingħatat wara li Hamed weġġa għajnejn ieħor waqt ġlieda li kellu f'Marzu ta' 4 snin ilu meta kien għad kellu 23 sena. L-akkużat irrakonta l-istorja hekk: "Kien f'nofsilejl meta kont id-dar u ċemplitli ommi fejn qaltli li missieri kien involut f'aċċident tat-traffiku. Mort niġri nara xi ġralu missieri u qatt ma kelli intenzjoni li nweġġa' lil xi ħadd." Kellu xi jgħid mal-persuna li kien involut fl-aċċident u ferih f'għajnejh u għal dan, ġie mogħti sentenza li tinqalgħalu għajn waħda.
Attivisti umani qalu li jiddispjaċihom li l-gvernijit Ewropej ma lissnux kelma dwar dan l-att barbaru li juru dawn l-atti selvaġġi u ta' torturi huma normali fil-liġijiet tar-reġim tal-Iran. Fl-istess xahar inqatgħu sentenzi li jinqatgħu idejn ta' żewġ ħallelin.
Fl-aħħar sentejn ingħataw 1,800 sentenza tal-mewt fl-Iran. Is-sentenza ta' Hamed ġiet mwettqa fil-pubbliku fil-pjazza fejn seta jarah kulħadd tinqalgħalu għajnejh.