Għall-ħabta tat-tlieta u kwart ), intalbet l-assistenza tal-Pulizija ġewwa il-pjazza ta’ Ħal Għargħur minħabba li kien hemm argument bejn xi persuni.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija tad-distrett tan-Naxxar, jidher li waqt l-argument ragel ta’ 33 sena residenti fl-istess l-lokalita` safa’ ferut b’arma li taqta u bil-ponta.
Ambulanza issejħet fuq il-post sabiex ir-raġel ta’ 33 sena jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.