Francis Cassar ta' 48 sena mill-Isla weħel multa ta' €250 meta ttella' l-qorti wara li mar jixtri te u pastizz mingħand is-Serkin tar-Rabat meta suppost kien qiegħed taħt kundizzjoni mill-qorti li ma joħroġx mid-dar bejn l-11 ta' bil-lejl u s-7 ta' filgħodu.
Il-każ instema quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud bil-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ferris talbet li Cassar jitlef il-liberta proviżorja talli kiser l-kundizzjonijiet. Il-każ ġara bejn is-16 u s-17 ta' Awwissu meta Cassar mar għand is-serkin u kien hemm xi ħadd li ċempel lil pulizija li Cassar ma kienx id-dar u ġie arrestat. Il-Maġistrat ma laqax it-talba tal-prosekuzzjoni li jtellfu l-liberta proviżorja minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ.