Sitt kroati li lbieraħ ammettew li kienu responsabbli għall-ġlied f'Paceville ilbieraħ fis-sigħat bikrin ta' filgħodu, ġew mogħtija sentenza sospiża u inħelsu mill-arrest, wara li ħallsu għad-danni li kienu għamlu.
L-akkużati, Ivan Janjetic, Igor Valec and Dalen Cekada li huma bla xogħol, Denis Danilovic li hu ħaddiem f'fabbrika u Marijo Hodak u Davor Andelkovic li huma sidien ta' ristorant, kienu intbagħtu fil-kustodja tal-pulizija wara li kienu tressqu l-Qorti lbieraħ waranofsinhar.
Is-sitt Kroati ammettew għall-akkużi li ġew miġjuba kontrihom, fosthom li kistru l-paċi pubblika u li insultaw lil xi nies. L-ammont totali tad-danni kien ilaħħaq il-€5,870.
Huwa mifhum li l-ġlieda bdiet għall-ħabta tal-1.20am tal-bieraħ meta grupp Kroati attakkaw Serb f'Paceville. Minn hemm, il-ġlieda kibret tant li kien hemm mat-30 Kroat involut fil-ġlieda, b'siġġijiet, imwejjed, fliexken u tazzi jtiru. Minkejja dan, ma ġew irrappurtati l-ebda ġrieħi.