Raġel iweġġa gravi f’inċident … is-sewwieq jaħrab minn fuq il-post

Raġel ta' 33 sena jsofri ġrieħi gravi f'inċident f'Paceville, l-Pulizija tfittex tliet irġiel barranin

Raġel ta’ 33 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fis-6:15 ta’ filgħodu fi Triq Dragonara, San Ġiljan.

Ir-raġel ġie milqut minn karozza bajda tat-tip Fiat Punto qrib l-istabbiliment Sky u l-lukanda Westin Dragonara. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qalet li minkejja l-grieħi tal-vittma, s-sewwieq ta' karozza, flimkien ma' żewġt irġiel oħra li kienu passiġġieri, ħarbu minn fuq il-post u abbandunaw il-karozza. L-irġiel, li huma barranin, qed jiġu mfittxija mill-pulizija tad-distrett.

Il-pulizija qed tfittex ukoll is-sid tal-vettura.

Kif jixhed ir-ritratt, il-vettura, li għandha pjanċi Maltin, soffriet xi ħsarat konsegwenza tal-inċident.

Kull min għandu xi informazzjoni mitlub iċempel lill-pulizija fuq 119.

More in Qrati u Pulizija