Il-Każ kontra il-Kappillan tan-Nadur Fr.Jimmy Xerri mill-familji bdiewa Camilleri u Cassar waqa' minħabba numru ta' teknikalitajiet. Dawn iż-żewġ familji fetħu każ il-Qorti hekk kif saħqu illi l-bini ta'ċimiterju ġdid fl-istess lokalità, fiż-żona ta' Għajn Qasab. Il-familji argumentaw li l-għelieqi tagħhom kienu jibbenefikaw minn provvista kontinwa ta' ilma ġieri, li mbagħad kien jinġabar fil-ġibjuni minn fejn jintuża għat-tisqija.
Fl-2004, minkejja diversi protesti, anke minn għaqdiet ambjentali il-MEPA approvar il-bini ta' ċimiterju ġdid, bil-provvista tal-ilma tkun interrotta u kkontaminata wara li tpoġġa l-konkrit.
Il-Maġistrat Joanne Vella Cushcieri li kienet qed tippresjedi l-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex innotat kif il-bdiewa ma preżentawx id-dikjarazzjoni li tixhed kif il-bdiewa huma sidien tal-art fejn inbena ċ-ċimiterju.
B'hekk hi ma laqatx it-talba tal-familji Cassar u Camilleri fil-konfront tal-Kappillan.