L-għalliem involut fl-allegat abbuż fi skola, jiġi arrestat mill-Pulizija

L-għalliem huwa tal-arti u għandu 33 sena

L-għalliem li allegatament kien involut fil-każ ta' abbuż ta' studenti fl-iskola sekondarja fil-Ħamrun, ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija fid-dar tiegħu. L-għalliem, li ġie identifikat bħala raġel ta' 33 sena min-Naxxar u li jgħallem l-arti fl-iskola sekondarja tal-Ħamrun, allegatament kien parteċipi f'abbużi fuq studenti tal-iskola, bniet u subien li huma minorenni.

Il-każ li qed jiġi investigat mill-Pulizija, fejn tinsab għaddejja inkjesta, faqqa' meta omm waħda mill-vittmi ta' dan l-allegat abbuż għamlet rapport fl-għassa tal-Ħamrun, li bintha kienet ġiet abbużata mill-għalliem u minn studenti oħrajn fil-klassi bil-barka tiegħu.

Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta fil-ġranet li għaddew kienu allegaw li l-għalliem kien sakkar lil waħda mit-tfajliet f'kamra ma' 7 oħra, u "u waqt li qagħad jurihom il-porn, ġiegħel lit-tfal l-oħra jbagħbsuhom." 

F'każ partikolari, dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta allegaw li numru ta' tfajliet ġew abbużati bil-barka tal-għalliem stess, bil-kliem "Ejja, ħa nabbużawha."

Is-sitwazzjoni fl-iskola dehret li kienet qed tiddeterjora meta ġiet deskritta bħala "burdell u rebus sħiħ."
 

More in Qrati u Pulizija