Il-mandati ta’ sekwestru fuq Daphne ma jitneħħewx mill-Qorti

Il-Qorti m’aċċettatx it-talba tal-blogger biex il-mandati ta’ sekwestru kontriha jitneħħew.

Il-mandati ta’ sekwestru li saru meta nfetħu l-libelli kontra l-blogger Daphne Caruana Galizia mill-Ministru Chris Cardona u l-avukat Joe Gerada, ma ġewx imneħħija mill-Qorti tal-Maġistrati. Dan wara li Caruana Galizia appellat din id-deċiżjoni fit-23 ta’ Frar li għadda, fis-seduta li fiha hija qabdet u telqet ‘il barra mill-awla.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale iddikkjara li l-mandati kawtelatorji kienu ġustifikati u mhux eċċessivi, u għaldaqstant is-sewkestru ta’ €46,000 fuq l-assi ta’ Caruana Galizia, baqa’ fis-seħħ.

More in Qrati u Pulizija