Raġel ta' 31 sena ngħata s-sentenza ta' tliet snin priġunerija wara li ammetta l-akkuża li kien ittraffika d-droga.
Huwa kien akkużat ukoll li kellu, assoċjazzjoni u li ttraffika d-droga.
Fl-2004 huwa kien instab li kellu aktar minn 2,000 pillola ecstasy.
Dakinhar li kien ġie arrestat f'Qormi, miegħu kien ġie arrestat ukoll raġel ieħor li kien jagħtih id-droga.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kien irriabilita ruħu mid-droga u jekk jerga' jintbagħat il-ħabs jintilef il-progress kollu li hu rnexxilu jagħmel.
Intqal ukoll li ma kienx għadu nvolut bid-drogi.
Fis-sentenza, l-Qorti ordnat l-ikkonfiskar tal-assi kollha li kellu r-raġel, ġie mmultat ukoll is-somma ta' €3,000 u li jħallas nofs l-ispejjeż ta' espert li tqabbad.